24.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/6


ASSEMBLEA PARLAMENTARI KONĠUNTA TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA KONKLUŻ BEJN IL-MEMBRI TAL-GRUPP TA’ STATI AFRIKANI, KARAIBIĊI U PAĊIFIĊI, MIN-NAĦA, U L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, 16 TA’ ĠUNJU 2015

(2015/C 391/02)

Werrej

1.

Dikjarazzjoni ta’ Edgars Rinkēvičs, Ministru tal-Affarijiet Barranin (il-Latvja), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE 6

2.

Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill tal-UE 7

3.

Dibattitu mal-Kunsill Ewropew – proċedura catch-the-eye 7

4.

Diversità kulturali u drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi AKP u tal-UE 7

5.

Riżorsi naturali 8

6.

Ibħra/Oċeani (tibdil fil-klima, bijodiversità, enerġiji rinnovabbli, sajd, sigurtà marittima u piraterija, żejt u minerali f’qiegħ il-baħar) 8

7.

Tema urġenti Nru 1: Id-diżastru naturali f’Vanuatu (u l-Istati ġirien): it-triq ’il quddiem, inkluż il-kooperazzjoni reġjonali 9

8.

Sfidi u opportunitajiet fil-kisba ta’ għanijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali fil-pajjiżi tal-AKP 9

MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TLIETA, 16 TA’ ĠUNJU 2015

(Is-seduta nfetħet fid-9.05 ta ’ filgħodu)

IPPRESIEDA: Fitz A. JACKSON

Kopresident

Adjedoue Weidou (miċ-Chad) ġibed l-attenzjoni dwar l-attakki suwiċida fi N’Djamena (iċ-Chad), fejn inqatlu 23 persuna u ndarbu aktar minn 100.

1.   Dikjarazzjoni ta’ Edgars Rinkēvičs, Ministru tal-Affarijiet Barranin (il-Latvja), President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE

Edgars Rinkēvičs, Ministru tal-Affarijiet Barranin (il-Latvja) u l-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE, enfasizza li l-2015 kienet sena sinifikanti ħafna għall-iżvilupp. Kooperazzjoni tajba bejn l-UE u l-AKP tkun essenzjali fit-tliet konferenzi internazzjonali maġġuri: it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f’Addis Ababa, is-summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 fi New York, u l-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f’Pariġi, COP 21. Huwa ssottolinja l-impenn li jaħdmu flimkien u jippromwovu l-kooperazzjoni reġjonali fir-reġjuni tal-Paċifiku u fil-Gżejjer iż-Żgħar li għadhom fil-fażi tal-iżvilupp f’dan ir-rigward.

Il-President fil-Kariga sejjaħ għal-risposta Ewropea olistika għall-migrazzjoni, li tinkludi miżuri mmirati lejn netwerks ta’ traffikar, li tindirizza l-kawżi bażilari tal-migrazzjoni u li tikkoopera b’mod attiv mal-pajjiżi tal-AKP. Huwa enfasizza l-importanza tal-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika, li issa jkopru l-biċċa l-kbira tan-nies tal-Afrika Subsaħarjana, bħala strumenti dinamiċi għall-qirda tal-faqar u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali. L-iskadenza tal-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020 taf tkun kemm sfida kif ukoll opportunità. L-UE għandha tinvolvi ruħha f’konsultazzjoni pubblika sal-aħħar tas-sena.

2.   Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kunsill tal-UE

Total ta’ 21 mistoqsija tressqu lill-Kunsill. Peress li l-Kunsill tal-AKP ma setax jattendi, 12-il mistoqsija biss (dawk diretti lejn il-Kunsill tal-UE) ġew imwieġba.

Edgars Rinkēvičs wieġeb f’isem il-Kunsill tal-UE għall-mistoqsijiet li ġejjin u għal dawk supplementari:

 

Mistoqsija orali Nru 18 imressqa minn Catherine Bearder dwar il-migrazzjoni

 

Mistoqsija orali Nru 19 imressqa minn Nathalie Griesbeck dwar il-kooperazzjoni bejn l-AKP u l-UE dwar il-migrazzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar

 

Mistoqsija orali Nru 20 imressqa minn Davor Ivo Stier dwar il-futur wara l-Qafas Cotonou – bil-governanza tajba bħala element essenzjali

 

Mistoqsija orali Nru 21 imressqa minn Marielle de Sarnez dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati AKP dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Il-mistoqsijiet li ġejjin ma ġewx segwiti b’mistoqsija supplementari:

 

Mistoqsija orali Nru 10 imressqa minn Kashetu Kyenge dwar ir-reazzjoni tal-UE għall-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA)

 

Mistoqsija orali Nru 11 imressqa minn Ignazio Corrao dwar l-impatt tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u Kuba fuq ir-relazzjonijiet bejn Kuba u l-UE.

 

Mistoqsija orali Nru 12 imressqa minn Enrique Guerrero Salom (sostitwit minn Norbert Neuser) dwar l-Istati fraġli

 

Mistoqsija orali Nru 13 imressqa minn Louis-Joseph Manscour (sostitwit minn Kashetu Kyenge) dwar ir-reazzjoni tal-UE għall-epidemija tal-Ebola

 

Mistoqsija orali Nru 14 imressqa minn Piernicola Pedicini (li ġie sostitwit minn Ignazio Corrao) dwar in-Niġerja: mudell għal azzjoni biex tinqered l-Ebola?

 

Mistoqsija orali Nru 15 imressqa minn Laura Agea, Isabella Adinolfi u Laura Ferrara (sostitwit minn Ignazio Corrao) dwar ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat minħabba l-klima

 

Mistoqsija orali Nru 16 imressqa minn David Martin dwar il-faċilitazzjoni tal-kummerċ

 

Mistoqsija orali Nru 17 imressqa minn Eider Gardiazabal Rubial (sostitwit minn Kashetu Kyenge) dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI fl-Afrika

3.   Dibattitu mal-Kunsill Ewropew – proċedura catch-the-eye

Kelliema: Fitz A. Jackson, Michael Gahler, Juan Fernando Lopez Aguilar, Marielle de Sarnez u Louis Michel.

Id-dibattitu ma setgħax isir minħabba li l-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE kellhu jitlaq. Il-Membri esprimew id-diżappunt tagħhom. Il-Kopresidenti se jindirizzaw il-kwistjoni permezz ta’ ittra lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, li kienet talbet lill-Ministru biex jieħu postha, u lill-Prim Ministru tiegħu.

4.   Diversità kulturali u drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi AKP u tal-UE

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi

Korapporteurs: Rapport minn Abdoulaye Touré (il-Kosta tal-Avorju) u Davor Ivo Stier

Mohamed Youssouf Goumaneh (il-Djibouti), li ssostitwixxia l-Korapporteur Abdoulaye Touré (il-Kosta tal-Avorju), u Davor Ivo Stier li ppreżenta r-rapport.

Kelliema: Mohamed Youssouf Goumaneh (il-Djibouti), Davor Ivo Stier, Christophe Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Kinga Gal, Kashetu Kyenge, Tesfaye Daba (l-Etjopja), Ryszard Legutko, Netty Baldeh (il-Gambja), Petr Jezek, James Kembi Gitura (il-Kenja), Lidia Senra Rodriguez, Ahamada Soukouna (il-Mali), Bodil Ceballos, Mohamed El Mokhtar Zamel (il-Mauritania), Ignazio Corrao, Mohamed Ben Oumar (in-Niġer), Aymeric Chauprade, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Bogdan Brunon Wenta, Carlos Zorrinho, Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe), Tadeusz Zwiefka, Marlene Mizzi, Agustin Diaz de Mera, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Eleni Theocharous, Juan Fernando Lopez Aguilar, Michael George Peyrefitte (il-Belize), Michael Gahler, Ousmane Kaba (il-Guinea) u Kristin de Peyron (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna).

Il-Membri rrikonoxxew li ħafna kulturi qed jisparixxu pjuttost malajr minħabba t-tradizzjoni orali tagħhom u l-globalizzazzjoni. Fl-istess ħin, dawn it-tradizzjonijiet kulturali joħolqu identità u jipproteġu l-komunitajiet mir-radikalizzazzjoni. Huwa għalhekk li d-diversità kulturali għandha tiġi rrispettata u promossa. Il-Membri enfasizzaw, madankollu, li d-differenzi kulturali m’għandhomx jintużaw biex jiġġustifikaw il-ksur tal-prinċipji komuni fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem bħalma huwa l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Uħud mill-membri qalu li kien iktar importanti li jiġi ppreservat il-wirt kulturali tagħhom milli jiffokaw fuq drittijiet ġodda għal persuni LGBTI. Ħafna oħrajn ma qablux.

Mohamed Youssouf Goumaneh (il-Djibouti) u Davor Ivo Stier għalqu d-dibattitu.

5.   Riżorsi naturali

Dibattitu mas-Sur Charles Abel, Ministru tal-Ippjanar Nazzjonali (Papua New Guinea)

Charles Abel, Ministru tal-Ippjanar Nazzjonali ta’ Papua New Guinea, għamel preżentazzjoni dwar ir-riżorsi naturali.

Kelliema: Christophe Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Eleni Theocharous, Musa Hussein Naib (l-Eritrea), Kashetu Kyenge, Netty Baldeh (il-Gambja), Dawid Jackiewicz, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Javier Nart, Lidia Senra Rodriguez, Michèle Rivasi, Louis Michel, Ignazio Corrao, Michael Gahler, Jo Leinen, Joachim Zeller, Felix C.M. Mutati (iż-Żambja), Magnus Kofi Amoatey (il-Ghana), James Kembi Gitura (il-Kenja) u Peter Craig-McQuaide (il-Kummissjoni Ewropea).

Charles Abel ippreżenta l-politika tal-gvern tiegħu dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, filwaqt li enfasizza li l-lezzjonijiet kienu tgħallmuhom mill-iżbalji tal-passat u li issa qed jiffokaw fuq is-sorsi responsabbli, il-ġestjoni (ekoloġikament) sostenibbli tar-riżorsi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li jiżguraw li l-popolazzjoni lokali qed tibbenefika mill-ġid naturali tal-pajjiż.

Il-membri laqgħu din id-dikjarazzjoni sinċiera u saħqu li l-pajjiżi AKP jistgħu jitgħallmu minn din l-esperjenza. Il-kwistjonijiet imqajma jinkludu l-ħtieġa għat-trasparenza, it-tisħiħ tal-kontroll parlamentari, ir-riforma fiskali, it-traċċabbiltà tal-minerali, ir-rwol tas-soċjetà ċivili bħala għassies u t-tnedija ta’ fondi sovrani li jużaw id-dħul tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri, li jagħmlu lill-kumpaniji responsabbli biex jirranġaw il-ħsara ambjentali.

(Il-laqgħa ġiet aġġornata f’12.35 u tkompliet fit-15.10)

IPPRESIEDA: Is-Sur Louis MICHEL

Kopresident

Il-Kopresident Jackson ħabbar li huwa ġie informat mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo li mhux se jkunu jistgħu jospitaw it-12-il laqgħa reġjonali, li se ssir bejn l-20 u l-24 ta’ Lulju 2015.

6.   Ibħra/Oċeani (tibdil fil-klima, bijodiversità, enerġiji rinnovabbli, sajd, sigurtà marittima u piraterija, żejt u minerali f’qiegħ il-baħar)

Dibattitu prinċipali

Anote Tong, il-President ta’ Kiribati, għamel preżentazzjoni dwar it-theddida eżistenzjali li t-tibdil fil-klima jirrappreżenta għal pajjiżu. Kathy Jetnil-Kijner, poeta u rappreżentant tas-soċjetà ċivili mill-Gżejjer Marshall, qrat il-poeżija tagħha Dear Matafele Peinem, li titkellem dwar il-konsegwenzi tal-bidla fil-klima, kif kienet għamlet fis-Summit tan-NU dwar il-Klima f’Settembru 2014. Feleti Teo, Direttur Eżekuttiv tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u fil-Paċifiku Ċentrali, ta preżentazzjoni dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-Paċifiku.

Kelliema: Andre R. Worrel (Barbados), Michael Gahler, Kilosho Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Eirangi Marsters (il-Gżejjer Cook), Jo Leinen, Sanjit Patel (Fiġi), Javier Nart, Anote Tong, Feleti Teo, Lidia Senra Rodriguez, Mohamed El Mokhtar Zamel (il-Mauritania), Bodil Ceballos, Ignazio Corrao, Tialavea Tionisio Seigafolava Hunt (Samoa), Michèle Rivasi, Andre POOL (is-Seychelles), Joachim Zeller, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Pedro Silva Pereira, Eleni Theocharous, Carlos Zorrinho, Marlene Mizzi u Kashetu Kyenge.

Id-dibattitu ffoka fuq l-importanza tal-ibħra u l-oċeani u l-ħtieġa li jiġu promossi politiki koordinati u konsistenti u biex jiġu mobilizzati biżżejjed riżorsi għall-protezzjoni tal-bijodiversità, li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima u jiġi indirizzat it-theddid għal żoni kostali u l-abitanti tagħhom. Il-membri nnutaw li bosta theddid li qed jiffaċċjaw l-oċeani ġew ikkawżati minn tendenzi ta’ konsum insostenibbli u l-użu eċċessiv tar-riżorsi marittimi. Huma saħqu dwar l-importanza li jintlaħaq ftehim fil-Konferenza tan-NU dwar it-tibdil fil-klima f’Pariġi, COP 21, f’Diċembru 2015 u appella għal azzjoni konverġenti min-naħa tal-UE u l-Istati AKP f’dak il-forum.

Anote Tong u Feleti Teo għalqu d-dibattitu.

7.   Tema urġenti Nru 1: Id-diżastru naturali f’Vanuatu (u l-Istati ġirien): it-triq ‘il quddiem, inkluż il-kooperazzjoni reġjonali

Osnat Lubrani, il-Koordinatur-residenti tan-NU u r-rappreżentant tal-UNDP, ta introduzzjoni dwar l-għajnuna urġenti mogħtija lil Vanuatu wara ċ-ċiklun tropikali Pam.

Kelliema: Andre R. Worrell (Barbados), Maurice Ponga, Kilosho Bulambo (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Jo Leinen, Arne Gericke, Catherine Bearder, Joyce Laboso (il-Kenja), Lidia Senra Rodriguez, James Munthali (il-Malawi), Michèle Rivasi, Mohamed El Mokhtar Zamel (il-Mauritania), Ignazio Corrao, Bogdan Brunon Wenta, Derek Vaughan, Joachim Zeller u Peter Craig-McQuaide (il-Kummissjoni Ewropea).

Il-membri esprimew il-kondoljanzi profondi tagħhom lill-pajjiżi u n-nies milquta miċ-ċiklun tropikali PAM, u wrew l-apprezzament tagħhom lill-ħaddiema umanitarji kollha għall-ħidma tagħhom.

Il-membri ħeġġew lill-komunità internazzjonali biex timmobilizza r-riżorsi meħtieġa għar-rikostruzzjoni tal-infrastruttura mġarrfa miċ-ċiklun u biex nersqu lejn ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp fit-tul. Il-membri appellaw ukoll lill-gvernijiet tal-AKP biex jirrevedu l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp b’tali mod li jinkorporaw miżuri biex jitnaqqsu r-riskji ta’ diżastri u jippromwovu l-adattament għall-klima fil-politiki għall-ippjanar tal-bini u fakkru fil-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet legali li jeżistu fil-qasam tal-protezzjoni tar-refuġjati u l-migranti ambjentali.

Anote Tong (President ta’ Kiribati) informa lill-Membri dwar il-proċess tal-irkupru f’Kiribati.

Osnat Lubrani wieġeb għall-kummenti li saru mill-Membri.

8.   Sfidi u opportunitajiet fil-kisba ta’ għanijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali fil-pajjiżi tal-AKP

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent

Korapporteurs: Musa Hussein Naib (l-Eritrea) u Francesc Gambús

Musa Hussein Naib (l-Eritrea) u Francesc Gambús ippreżentaw ir-rapport.

Kelliema: Bogdan Brunon Wenta, Javier Nart, Tesfaye Daba (l-Etjopja), Norbert Neuser, Arne Gericke, Mikael PHILIPS (il-Ġamajka), Catherine Bearder, Abdikadir Omar Aden (il-Kenja), Lidia Senra Rodriguez, James Munthali (il-Malawi), Michèle Rivasi, Mohamed El Mokhtar Zamel (il-Mauritania), Ignazio Corrao, Mohamed Ben Oumar (in-Niġer), Ibrahim Bundu (Sierra Leone), Michael Gahler, Amos Fish Mahlalela (l-Afrika t’Isfel), Kashetu Kyenge, Adjedoue Weidou (iċ-Chad), Krzysztof Hetman u Makhosini Hlongwane (iż-Żimbabwe).

IPPRESIEDA: Kashetu KYENGE

Viċi President

Kelliema: Marlene Mizzi u Derek Vaughan.

IPPRESIEDA: Is-Sur Louis MICHEL

Kopresident

Kelliema: Peter Craig-McQuaide (il-Kummissjoni Ewropea).

Il-Membri nnotaw l-importanza tal-edukazzjoni għat-titjib fil-ħajja tal-individwi u l-iżvilupp fil-pajjiżi tal-AKP. Il-Membri enfasizzaw l-importanza li jiġi żgurat l-aċċess ħieles u universali għall-edukazzjoni primarja, b’mod speċjali għal gruppi vulnerabbli bħalma huma l-komunitajiet rurali u l-bniet. Il-Membri enfasizzaw l-importanza ta’ edukazzjoni ta’ kwalità fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni terzjarja u t-taħriġ vokazzjonali, u enfasizza l-ħtieġa għal pajjiżi tal-AKP biex jipprovdu biżżejjed riżorsi għall-edukazzjoni u għall-UE biex l-edukazzjoni tkun settur ta’ prijorità fil-programmi ta’ kooperazzjoni tagħha għall-iżvilupp.

Francesc Gambús u Musa Hussein Naib (l-Eritrea) għalqu d-dibattitu.

(Is-seduta ntemmet fis-19.00)

Fitz A. JACKSON

Louis MICHEL

Kopresidenti

Patrick I. GOMES u

Luis Marco AGUIRIANO NALDA

Kosegretarji Ġenerali