|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 298/2014
tat-12 ta’ Diċembru 2014
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2015/2165]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2014 tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar standard ta’ skambju għat-trażmissjoni tad-dejta mitluba fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 19z (ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:
|
“19za. |
32014 R 0724: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2014 tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar standard ta’ skambju għat-trażmissjoni tad-dejta mitluba fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 1.7.2014, p. 38).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 192, 1.7.2014, p. 38.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.