|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 292/2014
tat-12 ta’ Diċembru 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/2159]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 448/2014 tat-2 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 billi jaġġorna r-referenzi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66xc (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 R 0448: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 448/2014 tat-2 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 53).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 448/2014 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew mad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 231/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 (2), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 (3), skont liema data tkun l-aktar reċenti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 132, 3.5.2014, p. 53.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.