|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 291/2014
tat-12 ta’ Diċembru 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/2158]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011 (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015. |
|
(3) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Is-segwenti jiżdied mal-punt 66wn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011): “, kif emendat bi:
|
|
2. |
Il-punt segwenti jiżdied wara l-punt 66xe (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE):
Ir-Regolament jinqara, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, bl-adattamenti segwenti:
|
|
3. |
It-test tal-punt 66xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010) jitneħħa b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 (4), skont liema data tkun l-aktar reċenti.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(3) ĠU L 310, 25.11.2011, p. 3.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.