26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 285/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/2152]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 tal-11 ta’ Awwissu 2014 dwar servizzi ġodda għall-passiġġieri ferrovjarji (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiżdied wara l-punt 42a (id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“42aa.

32014 R 0869: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 tal-11 ta’ Awwissu 2014 dwar servizzi ġodda għall-passiġġieri ferrovjarji (ĠU L 239, 12.8.2014, p. 1.),”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2014 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE, skont liema data tkun l-aktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 239, 12.8.2014, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.