26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 283/2014

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li temenda l-Anness XII (Moviment Liberu ta’ Kapital) tal-Ftehim ŻEE (2015/2150)

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 248/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied mal-punt 3a (ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0248: Ir-Regolament (UE) Nru 248/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (ĠU L 84, 20.3.2014. p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 248/2014 bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 84, 20.3.2014, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.