26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 280/2014
tat-12 ta’ Diċembru 2014
li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) għall-Ftehim ŻEE [2015/2147]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/148/UE tas-17 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2011/130/UE li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (1) kif rettifikat mill-ĠU L 95, 29.3.2014, p. 69, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
L-Anness X tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-segwenti jiżdied mal-punt 1c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE) tal-Anness X tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat bi:
— |
32014 D 0148: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/148/UE tas-17 ta’ Marzu 2014 (ĠU L 80, 19.3.2014, p. 7), kif rettifikata mill-ĠU L 95, 29.3.2014, p. 69.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/148/UE, kif rettifikata mill-ĠU L 95, 29.3.2014, p. 69, bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.