9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/17


DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-7 ta' Lulju 2015

li tadotta l-lista ta' esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropa u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra [2015/1819]

IS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 379 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-panil,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-panil għall-finijiet tal-Artikolu 379 tal-Ftehim hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Chișinău, is-7 ta' Lulju 2015.

Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Presidenza

Is-Sur Octavian CALMÎC

Deputat Ministru għall-Ekonomija fir-Repubblika tal-Moldova

Segretarji

Is-Sa Mihaela GORBAN

Kap tad-Diviżjoni għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-UE u d-DCFTA, il-Ministru għall-Ekonomija fir-Repubblika tal-Moldova

Is-Sur Dániel KRÁMER

Uffiċjal għall-politika, Unita D1. Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli, DĠ KUMMERĊ, Il-Kummissjoni Ewropea


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Esperti proposti mir-Repubblika tal-Moldova

1.

Iurie BEJAN

2.

Maria Ion NEDEALCOV

3.

Alexandru STRATAN

4.

Dorin JOSANU

5.

Nicolae SADOVEI

Esperti proposti mill-UE

1.

Eddy LAURIJSSEN

2.

Jorge CARDONA

3.

Karin LUKAS

4.

Hélène RUIZ FABRI

5.

Laurence BOISSON DE CHAZOURNES

6.

Geert VAN CALSTER

7.

Joost PAUWELYN

Presidenti

1.

Jill MURRAY (l-Awstralja)

2.

Janice BELLACE (l-Istati Uniti)

3.

Ross WILSON (New Zealand)

4.

Arthur APPLETON (l-Istati Uniti)

5.

Nathalie BERNASCONI (L-Iżvizzera)