|
1.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/92 |
DEĊIŻJONI Nru 5/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ
tas-16 ta' Mejju 2014
Stabbiliment ta' Grupp ta' Esperti dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 284(3) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra [2015/1049]
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 284(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 284 tal-Ftehim jipprovdi li Parti tista' titlob li Grupp ta' Esperti jitlaqqa' sabiex jeżamina kwistjoni ta' żvilupp sostenibbli u ta' kummerċ li ma tkunx ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti permezz ta' konsultazzjonijiet tal-gvern skont l-Artikolu 283 tal-Ftehim. |
|
(2) |
Fl-ewwel laqgħa tiegħu l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta lista ta' mill-anqas 15-il persuna b'għarfien espert dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli. |
|
(3) |
Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
|
1. |
Il-listi ta' individwi li jistgħu jservu bħala esperti għall-finijiet tal-Artikolu 284 ta' dan il-Ftehim huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
2. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ottubru 2014. |
Magħmul f'Lima, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat tal-Kummerċ
Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja
Cecilia ÁLVAREZ-CORREA
Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea
Karel DE GUCHT
Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù
Blanca Magali SILVA VELARDE-ÁLVAREZ
ANNESS
LISTA TA' ESPERTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 284(3) TAL-FTEHIM
Lista ta' esperti
|
1. |
Claudia Martínez |
|
2. |
Carlos Costa Posada |
|
3. |
Enrique Borda Villegas |
|
4. |
Katerine Bermúdez |
|
5. |
Eddy Laurijssen |
|
6. |
Jorge Cardona |
|
7. |
Hélène Ruiz Fabri |
|
8. |
Geert Van Calster |
|
9. |
Jorge Mario Caillaux Zazzali |
|
10. |
Rosario Gómez Gamarra |
|
11. |
Jorge Toyama Miyagusuku |
|
12. |
Alfonso de los Heros Pérez Albela |
Presidenti
|
1. |
Robert McCorquodale |
|
2. |
Dane Ratliff |
|
3. |
Jill Murray |
|
4. |
Arthur Edmond Appleton |
|
5. |
Maryse Robert |
|
6. |
Orlando Pérez Gárate |