|
1.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/88 |
DEĊIŻJONI Nru 4/2014 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA U L-PERÙ
tas-16 ta' Mejju 2014
Adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti fil-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 284(6) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra [2015/1048]
IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-Artikolu 284(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 284 tal-Ftehim jipprovdi li Parti tista' titlob li Grupp ta' Esperti jitlaqqa' sabiex jeżamina kwistjoni ta' żvilupp sostenibbli u ta' kummerċ li ma tkunx ġiet indirizzata b'mod sodisfaċenti permezz ta' konsultazzjonijiet tal-gvern skont l-Artikolu 283 tal-Ftehim. |
|
(2) |
Fl-ewwel laqgħa tiegħu l-Kumitat tal-Kummerċ għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura għall-funzjonament tal-Grupp ta' Esperti. |
|
(3) |
Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu l-awtorità esklussiva li jevalwa u jadotta deċiżjonijiet kif previst fil-Ftehim dwar kwalunkwe suġġett li jiġi riferut lilu mill-korpi speċjalizzati stabbiliti skont il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
|
1. |
Ir-Regoli ta' Proċedura għall-Grupp ta' Esperti huma stabbiliti kif stipulat fl-Anness. |
|
2. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ottubru 2014 |
Magħmul f'Lima, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat tal-Kummerċ
Il-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja
Cecilia ÁLVAREZ-CORREA
Il-Kummissarju għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea
Karel DE GUCHT
Il-Ministru għall-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù
Blanca Magali SILVA VELARDE-ÁLVAREZ
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-GRUPP TA' ESPERTI TAT-TITOLU TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
1. |
Fit-Titolu IX (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tal-Ftehim u skont dawn ir-regoli:
|
|
2. |
Il-parti li qed tagħmel it-talba għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor. Il-Partijiet għal proċedura għandhom jaqsmu ugwalment l-ispejjeż derivati mill-organizzazzjoni ta' proċedura tal-Grupp ta' Esperti, inklużi l-ispejjeż tal-esperti. Il-Partijiet għal proċedura jistgħu, madankollu, jiddeċiedu li dawn l-ispejjeż, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż tal-arbitri, jitqassmu b'mod differenti filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tal-każ u ċirkostanzi oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti. |
NOTIFIKI
|
3. |
Il-Partijiet għandhom jibagħtu kull talba li jitlaqqa' Grupp ta' Esperti, jew kwalunkwe notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor bi rċevuta mal-konsenja, posta rreġistrata, courier, faks, telex, telegramma jew kwalunkwe mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li dawn ikunu ntbagħtu. |
|
4. |
Kull Parti għal proċedura għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra u kull wieħed mill-membri tal-Grupp tal-Esperti b'kopja ta' kull sottomissjoni bil-miktub. Għandha tiġi pprovduta wkoll kopja tad-dokument f'format elettroniku. |
|
5. |
Żbalji żgħar ta' natura klerikali fi kwalunkwe talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-Grupp ta' Esperti jistgħu jiġu korretti b'konsenja ta' dokument ġdid li jindika b'mod ċar il-kambjamenti. |
|
6. |
Għall-finijiet tal-kalkolu ta' perjodu taż-żmien skont l-Artikoli 284 u 285 tal-Ftehim u dawn ir-regoli, dan il-perjodu għandu jibda jgħodd mill-għada tal-jum meta jkun wasal avviż, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor. Jekk l-aħħar jum ta' tali perjodu jkun btala uffiċjali jew f'jum mhux ta' ħidma għal kwalunkwe waħda mill-Partijiet għal proċedura, il-perjodu jiġi estiż sal-ewwel jum ta' ħidma li jkun imiss. Btajjel uffiċjali jew jiem mhux ta' ħidma li jseħħu matul il-perjodu taż-żmien huma inklużi fil-kalkolazzjoni tal-perjodu. |
|
7. |
Fejn Parti għal proċedura tirċievi dokument f'data differenti minn dik ta' meta l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kwalunkwe perjodu ta' żmien li jkun ikkalkulat fuq il-bażi tad-data ta' meta jasal dak id-dokument ikun ikkalkulat mill-aħħar jum tal-wasla ta' dak id-dokument. |
IT-TWAQQIF TA' GRUPP TA' ESPERTI
|
8. |
Jekk skont l-Artikolu 284 tal-Ftehim il-President jittella' bil-polza mil-lista ta' persuni li mhumiex ċittadini ta' kwlaunkwe Parti għall-Ftehim, rappreżentanti taż-żewġ Partijiet għal proċedura għandhom jiġu mistiedna minn qabel biex ikunu preżenti meta tittella' l-polza. |
|
9. |
Il-Partijiet għal proċedura għandhom jinnotifikaw l-esperti rigward il-ħatra tagħhom. |
|
10. |
Espert li jkun ġie appuntat skont il-proċedura stabbilita skont l-Artikolu 284 tal-Ftehim għandu jinnotifika l-aċċettazzjoni tiegħu/tagħha lis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika tal-ħatra tiegħu/tagħha. |
IL-BIDU TAL-GRUPP TA' ESPERTI
|
11. |
Sakemm il-Partijiet għal proċedura ma jaqblux mod ieħor, dawn il-Partijiet għandhom jiltaqgħu mal-Grupp ta' Esperti fi żmien erbatax-il jum mit-twaqqif tiegħu sabiex jiddeterminaw tali kwistjonijiet li tali Partijiet jew il-Grupp ta' Esperti jidhrilhom li jkunu xierqa. |
|
12. |
|
SOTTOMISSJONIJIET
|
13. |
Il-Partijiet għal proċedura jistgħu jippreżentaw sottomissjonijiet lill-Grupp ta' Esperti f'kull stadju tal-proċess. Il-Grupp ta' Esperti jista' jitlob u jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub jew kull informazzjoni oħra minn organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet, u persuni li t-tlieta li huma għandhom informazzjoni rilevanti jew għarfien speċjalizzat, inklużi sottomissjonijiet bil-miktub jew informazzjoni mill-organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali rilevanti, dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 269 u 270 tal-Ftehim. |
|
14. |
Ladarba l-Grupp ta' Esperti jkun iddeċieda fuq il-lista ta' istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u persuni li jkun se jitlob informazzjoni mingħandhom, jipprovdi din il-lista lill-Partijiet għal proċedura għall-informazzjoni tagħhom. Il-Grupp ta' Esperti jinnotifika lill-Partijiet għal proċedura bi kwalunkwe istituzzjoni, organizzazzjoni, jew persuna li sussegwentament jagħżel li jkellem jew b'dawk li jkunu bagħtu sottomissjonijiet lill-Grupp ta' Esperti fuq inizjattiva tagħhom stess. |
OPERAT TAL-GRUPP TA' ESPERTI
|
15. |
Il-president tal-Grupp ta' Esperti għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha tiegħu. Il-Grupp ta' Esperti jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi rigward il-proċedimenti. |
|
16. |
Il-president għandu jinforma lill-Partijiet għal proċedura bid-deċiżjonijiet amministrattivi; tali deċiżjonijiet amministrattivi japplikaw sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet għal proċedura. |
|
17. |
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Ftehim jew f'dawn ir-Regoli, il-Grupp ta' Esperti jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkluż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-faks jew kollegamenti bil-kompjuter. |
|
18. |
Membri tal-Grupp ta' Esperti biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti. |
|
19. |
L-abbozzar ta' kwalunkwe rapport tal-Grupp ta' Esperti għandu jibqa' r-responsabbiltà esklussiva tal-Grupp ta' Esperti u ma jistax jiġi delegat. |
|
20. |
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u dawn ir-Regoli, meta tqum xi kwistjoni proċedurali li mhix koperta bihom, il-Grupp ta' Esperti jista' jadotta proċeduri tiegħu stess sabiex jindirizza tali kwistjoni. Meta tinqala' kwistjoni proċedurali li ma tkunx koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jew f'dawn ir-Regoli, Grupp ta' Esperti jista' jadotta proċedura xierqa li hija kompatibbli ma' dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
21. |
Meta l-Grupp ta' Esperti jqis li hemm il-ħtieġa li jinbidel kwalunkwe perjodu taż-żmien applikabbli għall-proċedimenti jew biex jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet għal proċedura bir-raġunijiet tal-bidla jew l-aġġustament, billi jindika l-perjodu taż-żmien jew aġġustament meħtieġ. Tali bidla tapplika sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet għall-proċedura. |
|
22. |
Konsistenti mal-Artikoli 284 u 285 tal-Ftehim u dawn ir-regoli, il-Grupp ta' Esperti għandu jmexxi l-proċedimenti kollha b'tali mod li jqis xieraq, sakemm il-Partijiet għal proċedura jkunu trattati b'ugwaljanza, u li soġġett għall-Artikolu 284(5) tal-Ftehim, kull Parti għal proċedura tingħata opportunità sħiħa li tippreżenta l-każ tagħha. |
|
23. |
Konsistenti mal-Artikoli 284 u 285 tal-Ftehim u dawn ir-regoli, il-Partijiet għal proċedura jistgħu jitolbu laqgħat mal-Grupp ta' Esperti wara li r-rapport inizjali jkun ġie ppreżentat u qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali. |
KUNFIDENZJALITÀ
|
24. |
Kull Parti għal proċedura għandha tittratta bħala kunfidenzjali kwalunkwe tagħrif imressaq mill-Parti l-oħra lill-Grupp ta' Esperti li dik il-Parti tkun indikat bħala kunfidenzjali. |
|
25. |
Meta Parti għal proċedura tressaq verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha lill-Grupp ta' Esperti, hija għandha fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi wkoll taqsira mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fis-sottomissjonijiet tagħha sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara d-data tat-talba jew tas-sottomissjoni tal-verżjoni kunfidenzjali, skont liema minnhom tiġi l-aħħar. |
|
26. |
Sottomissjonijiet bil-miktub magħmula lill-Grupp ta' Esperti għandhom jitqiesu kunfidenzjali iżda għandhom ikunu pprovduti lill-Partijiet għal proċedura. Il-Partijiet għal proċedura jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet konġunti tal-pożizzjonijiet tagħhom sal-punt li ma jkunx fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. |
|
27. |
Il-Grupp ta' Esperti għandu jiltaqa' f'sessjonijiet magħluqa meta s-sottomissjonijiet u l-argumenti ta' kwalunkwe Parti għal proċedura jkun fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. |
TRADUZZJONI U INTERPRETAZZJONI
|
28. |
Il-Partijiet għal proċedura għandu jkollhom d-dritt li jippreżentaw u jirċievu sottomissjonijiet bil-miktub fil-lingwi tal-għażla tagħhom. |
|
29. |
Kull Parti għal proċedura għandha tagħmel l-arranġamenti u tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha għall-Ingliż u għall-Ispanjol mingħajr dewmien. L-ispejjeż imġarrba matul id-deliberazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni mill-Ingliż u mill-Ispanjol jew għall-Ingliż u għall-Ispanjol ikunu maqsuma miż-żewġ Partijiet għal proċedura. It-traduzzjoni u l-interpretazzjoni minn lingwi oħra jew għal lingwi oħra jitħallsu mill-Parti li titlobhom. |
|
30. |
Rapporti tal-Grupp ta' Esperti jiġu notifikati bl-Ingliż u bl-Ispanjol. |
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA
|
31. |
Il-Kodiċi ta' Kondotta stabbilit għal-Lista ta' Arbitri skont il-Ftehim Kummerċjali għandu japplika wkoll għall-Grupp ta' Esperti. |