14.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/3 |
PROTOKOLL
li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-ISVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem, “l-Istati Membri”), u
L-UNJONI EWROPEA,
minn naħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
min-naħa l-oħra,
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (1), iffirmat fis-26 ta' Ġunju 2012 (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).
Artikolu 2
It-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata (2) għandu jkun awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, f'dak il-każ jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 29(1) tal-Ftehim, xahar wara d-data tal-aħħar nota fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw it-tlestija tal-proċeduri kollha neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.
2. Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.
Magħmul fi Brussell, fit-22 ta' Lulju 2015, f'żewġ kopji, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Partijiet, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.
За държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Za države članice
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā –
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
För medlemsstaterna
Pentru statele membre
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
Pentru Uniunea Europeană
3a Република Молдова
Por la República de Moldavia
Za Moldavskou republiku
For Republikken Moldova
Für die Republik Moldau
Moldova Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας
For the Republic of Moldova
Pour la République de Moldavie
Za Republiku Moldovu
Per la Repubblica moldova
Moldovas Republikas vārdā –
Moldovos Respublikos vardu
A Moldovai Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Moldova
Voor de Republiek Moldavië
W imieniu Republiki Mołdawii
Pela República da Moldova
Pentru Republica Moldova
Za Moldavskú republiku
Za Republiko Moldavijo
Moldovan tasavallan puolesta
För Republiken Moldavien
Pentru Republica Moldova
(1) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fi ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.
(2) Edizzjoni Speċjali bil-Kroat, Kapitolu 11 Volum 102, p. 197.