13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-POPLU TAL-ALĠERIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Alġerija”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

Billi:

(1)

L-Alġerija kkonkludiet Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Alġerija min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005.

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-17 u tat-18 ta' Ġunju 2004 laqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2004.

(3)

Il-Kunsill, minn dakinhar, kemm-il darba adotta konklużjonijiet favur din il-politika.

(4)

Fil-5 ta' Marzu 2007, il-Kunsill esprima appoġġ favur approċċ ġenerali u komprensiv kif deskritt fil-komunikazjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2006 sabiex il-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u fil-programmi Komunitarji fuq mertu tagħhom u fejn ikunu awtorizzati jagħmlu dan mill-bażijiet ġuridiċi.

(5)

L-Alġerija esprimiet ix-xewqa li tipparteċipa f'għadd ta' programmi tal-Unjoni.

(6)

It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi, partikolarment il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta' rappurtar u ta' evalwazzjoni, applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Alġerija f'kull programm partikolari tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti Alġerini,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Alġerija għandha titħalla tipparteċipa fil-programmi attwali u futuri kollha tal-Unjoni miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-Alġerija skont id-dispożizzjonijiet relevanti għall-adozzjoni ta' dawn il-programmi.

Artikolu 2

L-Alġerija għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi tal-Unjoni li fihom hija tipparteċipa.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Alġerija għandhom jitħallew jieħdu sehem bħala osservaturi u, għall-punti li jikkonċernaw lill-Alġerija, jitħallew jipparteċipaw fil-kumitati ta' ġestjoni responsabbli mill-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni li l-Alġerija tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.

Artikolu 4

Proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Alġerija huma soġġetti, sa fejn ikun possibbli, għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-programmi konċernati tal-Unjoni bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri.

Artikolu 5

1.   It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-Alġerija f'kull programm partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, jiġu ddeterminati fi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-programmi kkonċernati.

2.   Jekk l-Alġerija tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni sabiex tipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jew f'konformità ma' xi regolament simili li jipprovdi assistenza esterna tal-Unjoni għall-Alġerija li jista' jiġi adottat fil-ġejjieni, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Alġerija tal-assistenza tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti minn ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 6

1.   Kull ftehim konkluż skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Protokoll għandu jistipula, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li l-kontroll finanzjarju jew l-awditi jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet amministrattivi, għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità tagħhom.

2.   Dispożizzjonijiet iddettaljati jiġu adottati għall-kontrolli finanzjarji u l-awditi, għall-miżuri amministrattivi, għall-penalitajiet u għall-irkupru li jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew tal-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li fih ikun hemm fis-seħħ il-Ftehim.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

3.   Kull Parti tista' tiddenunzja dan il-Protokoll b'notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jieqaf japplika sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

4.   It-tmiem ta' dan il-Protokoll li jiġi minħabba d-denunzja ta' xi waħda mill-partijiet ma jkollu l-ebda influwenza fuq il-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu fejn ikun hemm bżonn skont l-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin minn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u wara, kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrieżaminaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Alġerija fi programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika għat-territorji rregolati mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat, min-naħa l-oħra għat-territorju tal-Alġerija.

Artikolu 10

1.   Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Protokoll mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak l-iskop.

2.   Dan il-protokoll għandu jidħol fis-seħħ b'mod definittiv fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta' mezzi diplomatiċi li lestew il-proċeduri meħtieġa sabiex dan jidħol fis-seħħ.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku indaqs.

Съставено в Брюксел на четвърти юни две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el cuatro de junio de dos mil quince.

V Bruselu dne čtvrtého června dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den fjerde juni to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am vierten Juni zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta juunikuu neljandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τέσσερις Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the fourth day of June in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le quatre juin deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu četvrtog lipnja dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì quattro giugno duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada ceturtajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų birželio ketvirtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év június havának negyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fir-raba' jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de vierde juni tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia czwartego czerwca roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em quatro de junho de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la patru iunie două mii cincisprezece.

V Bruseli štvrtého júna dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne četrtega junija leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä neljäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den fjärde juni tjugohundrafemton.

Image 1

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 2

Image 3

За Алжирската демократична народна република

Por la República Argelina Democrática y Popular

Za Alžírskou demokratickou a lidovou republiku

For Den Demokratiske Folkerepublik Algeriet

Für die Demokratische Volksrepublik Algerien

Alžeeria Demokraatliku Rahvavabariigi nimel

Για τη Λαϊκή Δημοκρατία της Αλγερίας

For the People's Democratic Republic of Algeria

Pour la République Algérienne Démocratique et Populaire

Za Alžirsku Narodnu Demokratsku Republiku

Per la Repubblica algerina democratica e popolare

Alžīrijas Tautas Demokrātiskās Republikas vārdā —

Alžyro Liaudies Demokratinės Respublikos vardu

Az Algériai Demokratikus és Népi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

Voor de Democratische Volksrepubliek Algerije

W imieniu Algierskiej Republiki Ludowo-Demokratycznej

Pela República Argelina Democrática e Popular

Pentru Republica Algeriană Democratică și Populară

Za Alžírsku demokratickú ľudovú republiku

Za Ljudsko demokratično republiko Alžirijo

Algerian demokraattisen kansantasavallan puolesta

För Demokratiska folkrepubliken Algeriet

Image 4

Image 5


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).