28.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/3


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus fir-Repubblika Ċentru-Afrikana tal-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA)

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Brussell, il-25 ta' Marzu 2015

L-Eċċellenza Tagħha Is-Sinjura Catherine SAMBA-PANZA

Kap tal-Istat Transitorju

Repubblika Ċentru-Afrikana

Eċċellenza,

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta' Jannar 2015, adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA).

Kif għarraftlek fl-ittra tiegħi tal-15 ta' Jannar li għadda, li napprezza li għaliha int weġibt fis-16 ta' Jannar, issa huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat l-istatus tal-EUMAM RCA u tal-persunal tagħha fil-forma ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiżek u l-Unjoni Ewropea.

Kif tiftakar, fis-16 ta' April 2008 ir-Repubblika Ċentru-Afrikana kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea mobilizzati fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA) b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-ħtiġijiet tal-EUMAM RCA li ser tiġi mobilizzata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Għalhekk, nissuġġerixxi li, b'mod simili għal dak li mxejna bih fil-qafas tal-EUFOR RCA f'Marzu 2014, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUMAM RCA, bil-ftehim li:

kull referenza għal EUFOR fl-Artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUMAM RCA;

kull referenza għall-kmandant tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea titqies bħala referenza għall-kmandant tal-missjoni EUMAM RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li huma tal-kontinġenti nazzjonali li jikkostitwixxu l-EUMAM RCA, kif ukoll dawk mikrijin mill-EUMAM RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 għall-Artikolu 1(3)(b) titqies bħala referenza għall-iskambju ta' ittri tagħna tal-15 u s-16 ta' Jannar li għadda kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq tad-19 ta' Jannar 2015.

Jekk jogħġbok infurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra u t-tweġiba tiegħek ikunu flimkien jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus ta' EUMAM RCA, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.

Nassigurak, Eċċellenza, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

Federica MOGHERINI

B.   Ittra tar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Bangui, l-14 ta' April 2015

Is-Sinjura Federica MOGHERINI

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Sinjura Rappreżentant Għoli,

Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tal-25 ta' Marzu 2015 dwar l-EUMAM RCA li tgħid dan li ġej:

“Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta' Jannar 2015, adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA).

Kif għarraftlek fl-ittra tiegħi tal-15 ta' Jannar li għadda, li napprezza li għaliha int weġibt fis-16 ta' Jannar, issa huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat l-istatus tal-EUMAM RCA u tal-persunal tagħha fil-forma ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiżek u l-Unjoni Ewropea.

Kif tiftakar, fis-16 ta' April 2008 r-Repubblika Ċentru-Afrikana kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea mobilizzati fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA) b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Id-dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-ħtiġijiet tal-EUMAM RCA li ser tiġi mobilizzata fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Għalhekk, nissuġġerixxi li, b'mod simili għal dak li mxejna bih fil-qafas tal-EUFOR RCA f'Marzu 2014, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUMAM RCA, bil-ftehim li:

kull referenza għal EUFOR fl-Artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUMAM RCA;

kull referenza għall-kmandant tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea titqies bħala referenza għall-kmandant tal-missjoni EUMAM RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li huma tal-kontinġenti nazzjonali li jikkostitwixxu l-EUMAM RCA, kif ukoll dawk mikrijin mill-EUMAM RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778 (2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 għall-Artikolu 1(3)(b) titqies bħala referenza għall-iskambju ta' ittri tagħna tal-15 u s-16 ta' Jannar li għadda kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq tad-19 ta' Jannar 2015.

Jekk jogħġbok infurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra u t-tweġiba tiegħek ikunu flimkien jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus ta' EUMAM RCA, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

Għandi l-unur ninfurmak li naqbel mat-termini suġġeriti fl-ittra tiegħek.

Nassigurak, Sinjura Rappreżentant Għoli, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Catherine SAMBA-PANZA