11.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Unjoni”,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa it-“Tuneżija”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntament il-“Partijiet”,

Billi:

(1)

It-Tuneżija kkonkludiet Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998.

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-17 u 18 ta' Ġunju 2004 laqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2004.

(3)

Sussegwentement, il-Kunsilladotta, f'bosta okkażjonijiet, konklużjonijiet favur din il-politika.

(4)

Fil-5 ta' Marzu 2007, il-Kunsill esprima l-appoġġ tiegħu għall-approċċ ġenerali u globali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta' Diċembru 2006, sabiex il-pajjiżi sħab tal-politika Ewropea tal-viċinat ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-aġenziji Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn l-bażijiet legali jippermettu.

(5)

It-Tuneżija esprimiet x-xewqa tagħha li tipparteċipa f'għadd ta' programmi tal-Unjoni.

(6)

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'kull programm partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f'isem l-Unjoni, u t-Tuneżija,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Tuneżija titħalla tipparteċipa fil-programmi kollha tal-Unjoni attwali u futuri miftuħa għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti li jadottaw dawn il-programmi.

Artikolu 2

It-Tuneżija tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi tal-Unjoni li fihom tipparteċipa t-Tuneżija.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tat-Tuneżija huma awtorizzati jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jikkonċernaw lit-Tuneżija, fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli mill-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni li t-Tuneżija tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.

Artikolu 4

Il-proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti tat-Tuneżija, sa fejn hu possibbli, ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri li jirrigwardaw il-programmi tal-Unjoni bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri.

Artikolu 5

1.   It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'kull program partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, jiġu determinati fil-qafas ta' ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Tuneżini kompetenti, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-programmi kkonċernati.

2.   Jekk it-Tuneżija tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex tipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprevedi l-assistenza esterna tal-Unjoni lit-Tuneżija li tista' tiġi adottata fil-ġejjieni, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mit-Tuneżija tal-assistenza tal-Unjoni jiġu deċiżi fi ftehim ta' ffinanzjar.

Artikolu 6

1.   F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kull ftehim konkluż bis-saħħa tal-Artikolu 5 jistipula li l-kontrolli, l-awditi finanzjarji jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet amministrattivi, isiru mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità tagħhom.

2.   Għandhom isiru dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u verifika finanzjarja, miżuri amministrattivi, penali u rkupru li jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jiġu mogħtija setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll japplika matul il-perjodu li fih ikun fis-seħħ il-Ftehim.

2.   Dan il-Protokoll jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

3.   Kull Parti tista' tiddenunzja dan il-Protokoll b'notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Protokoll jintemm sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

4.   It-tmiem ta' dan il-Protokoll li jiġi wara d-denunzja minn kwalunkwe waħda mill-partijiet ma jkollu l-ebda influwenza fuq il-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 5 u 6, fejn xieraq.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u kull tliet snin wara dan, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll japplika, min-naħa, għat-territorju li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Trattat dwar l-Unjoni Ewropea hu applikabbli skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tat-Tuneżija.

Artikolu 10

1.   Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw b'mod provviżorju dan il-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat, bil-kundizzjoni li l-proċeduri neċessarji jitlestew aktar tard.

2.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta' mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex jidħol fis-seħħ.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Protokoll jiġi kkompilat f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.

Съставено в Брюксел на седемнадесети март две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecisiete de marzo de dos mil quince.

V Bruselu dne sedmnáctého března dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syttende marts to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am siebzehnten März zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta märtsikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the seventeenth day of March in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le dix-sept mars deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu sedamnaestog ožujka dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì diciassette marzo duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada septiņpadsmitajā martā.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų kovo septynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év március havának tizenhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta’ Marzu tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de zeventiende maart tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego marca roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em dezassete de março de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece martie două mii cincisprezece.

V Bruseli sedemnásteho marca dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne sedemnajstega marca leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den sjuttonde mars tjugohundrafemton.

Image 1

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 2

Image 3

За Република Тунис

Por la República de Túnez

Za Tuniskou republiku

For Den Tunesiske Republik

Für die Tunesische Republik

Tuneesia Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Τυνησίας

For the Republic of Tunisia

Pour la République tunisienne

Za Republiku Tunis

Per la Repubblica tunisina

Tunisijas Republikas vārdā –

Tuniso Respublikos vardu

A Tunéziai Köztársaság részéről

Ghar-Repubblika tat-Tuneżija

Voor de Republiek Tunesië

W imieniu Republiki Tunezyjskiej

Pela Republica da Tunísia

Pentru Republica Tunisiană

Za Tuniskú republiku

Za republiko tunizijo

Tunisian tasavallan puolesta

För Republiken Tunisien

Image 4

Image 5


(1)   ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(2)  Regolament (KE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat ( ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(3)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).