30.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014, ser jiġi applikat b'mod proviżorju, permezz tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim (1), mill-1 ta' Settembru 2014.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).