21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014 f'konformità mal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim, peress li l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ser jidħol fis-seħħ dakinhar.