21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblikatal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 23(2) tal-Ftehim intemmet fit-3 ta' Lulju 2014.