|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/10 |
Ittra ta’ notifika mill-Unjoni Ewropea lill-Prinċipat ta’ Andorra rigward emenda teknika, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, għall-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet
Sinjur,
Għandi l-unur nirriferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet.
Minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 u tal-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni ta’ dħul mit-tfaddil taħt forma ta’ ħlas ta’ mgħaxijiet jirrikjedi emenda teknika fil-forma prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2), tal-Ftehim.
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim jistipula li l-lista tal-awtoritajiet kompetenti fl-Anness I tista’ tiġi emendata sempliċiment permezz ta’ notifika tal-Parti Kontraenti l-oħra mill-Prinċipat ta’ Andorra sakemm din tkun tikkonċerna lill-awtorità msemmija f’(a) tal-Anness imsemmi, u mill-Komunità Ewropea sakemm tkun tikkonċerna l-awtoritajiet l-oħra.
B’hekk qed ngħarrfek f’isem l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja huma:
|
— |
fil-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat, |
|
— |
fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat, |
|
— |
fil-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat |
u jridu jiġu miżjuda fl-Anness I tal-Ftehim taħt l-ittri (aa), (ab) u (ac) rispettivament wara l-awtoritajiet kompetenti msemmija taħt l-ittra (z).
Għoddni dejjem tiegħek,
Għall-Unjoni Ewropea,
Heinz ZOUREK
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali