23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/122


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

tat-28 ta' Novembru 2014

li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

(2014/947/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt tal-31 ta' Marzu 2012 (2).

(3)

L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat biex jieħu inkunsiderazzjoni l-atti legali l-ġodda tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ sadanittant, b'mod partikolari emendi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) miġjuba mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 (5), ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) and r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 (7).

(4)

Għandhom ikunu kkunsidrati wkoll id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu implimentati r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat skont it-tibdiliet fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (“il-Ftehim”) huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u t-testi f'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Mario GATTIKER


(1)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)   ĠU L 103, 13.4.2012, p. 51.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1)

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45).


ANNESS

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

(1)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, il-kliem “kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (1)” jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (*1);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*2);

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*3);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*4).

(*1)   ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43."

(*2)   ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35."

(*3)   ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4."

(*4)   ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.” "

.

(2)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jiġi adatt kif ġej:”, l-entrata fl-ittra h, punt 1 il-kliem “Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tad-19 ta' Marzu 1965)” jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“L-Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta' Ottubru 2006 ”.

(3)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (2)”:

“kif emendat bir-

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*5);

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*6);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*7).

(*5)   ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35."

(*6)   ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4."

(*7)   ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.” "

.

(4)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 jiġi adatt kif ġej:”, il-kliem li ġej jitneħħa:

“Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimborż tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa”.

(5)

F'Taqsima B: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu bir-reqqa, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 21:

“(22)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E2 tat-3 ta' Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta' proċedura tal-ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li hu parti inerenti tal-EESSI (*8),

(23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E3 tad-19 ta' Ottubru 2011 dwar il-perjodu tranżitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9),

(24)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H6 tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti prinċipji fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (*10),

(25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S8 tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar l-għoti ta' proteżi, apparat maġġuri u benefiċċji sostanzjali oħrajn in natura previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (*11),

(26)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U4 tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proċeduri ta' rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) No 987/2009 (*12).

(*8)   ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5. [Skambju Elettroniku ta' Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali]"

(*9)   ĠU C 12, 14.1.2012, p. 6."

(*10)   ĠU C 45, 12.2.2011, p. 5."

(*11)   ĠU C 262, 6.9.2011, p. 6."

(*12)   ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4 ” "

.

(6)

F'Taqsima C: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tagħhom, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 2:

“(3)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-aspetti finanzjarji ta' donazzjonijiet transfruntieri ta' organi ħajjin (*13).

(*13)   ĠU C 240, 10.8.2012, p. 3.” "

.

(*1)   ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(*2)   ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(*3)   ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.

(*4)   ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.”

(*5)   ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(*6)   ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.

(*7)   ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.”

(*8)   ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5. [Skambju Elettroniku ta' Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali]

(*9)   ĠU C 12, 14.1.2012, p. 6.

(*10)   ĠU C 45, 12.2.2011, p. 5.

(*11)   ĠU C 262, 6.9.2011, p. 6.

(*12)   ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4

(*13)   ĠU C 240, 10.8.2012, p. 3.” ”


(1)   ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(2)   ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.