|
3.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/44 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU
tal-4 ta' Settembru 2014
li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
(2014/868/UE)
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il- Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tat-3 ta' Awwissu 2010 (2) jippermetti li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm ir-rifużjoni jew l-eżenzjoni parzjali tad-dazji doganali jew ta' taxxi b'effett ekwivalenti, sal-31 ta' Diċembru 2012. |
|
(2) |
Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċarezza u biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika għal terminu twil u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-partijiet għall-Ftehim, jaqblu li jtawlu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim, bi tliet snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2013. |
|
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Minħabba li l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim ma jibqax japplika mill-31 ta' Diċembru 2012, din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test segwenti:
“Dan il-paragrafu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2015 u jista' jiġi eżaminat mill-ġdid bi qbil komuni.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
Il-President
F. MOGHERINI