19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/49


DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-23 ta' Ottubru 2014

dwar it-tiġdid tal-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

(2014/809/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) ta' dawk l-Istatuti,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2/2010 tad-19 ta' Marzu 2010, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE ħatar lis-Sur Michael HAILU bħala d-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) għal mandat ta' ħames snin, li jiskadi fit-28 ta' Frar 2015;

(2)

Skont l-Artikolu 7(1) tal-Istatuti taċ-ĊTA, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Eżekuttiv, abbażi ta' prestazzjoni eċċellenti, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi jista', taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, iġedded il-ħatra tad-Direttur għal perijodu massimu ta' ħames snin;

(3)

Fit-3 ta' April 2014 il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA ta r-rakkomandazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ħatra tas-Sur HAILU;

(4)

Matul is-sessjoni tiegħu mis-16 sat-18 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill tal-Ministri AKP approva t-tiġdid tal-kuntratt tad-Direttur għat-tieni mandat ta' ħames snin;

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-ħatra tas-Sur HAILU tiġġedded għal perijodu ta' ħames snin,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista' jintalab jieħu skont il-prerogattivi tiegħu, il-ħatra tas-Sur Michael HAILU (Etjopja) hija b'dan imġedda bħala Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Koperazzjoni Agrikola u Rurali b'effett mill-1 ta' Marzu 2015 sad-29 ta' Frar 2020.

Magħmul fi Brussell fit-23 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

S. SANNINO


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 309, 19.11.2013, p. 50.