20.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/60 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
tad-9 ta' April 2014
dwar l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura Nru 2/2003 imwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-kostituzzjoni tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi
(2014/374/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
(2) |
L-Anness 12 tal-Ftehim dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel. |
(3) |
Skont l-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma “DPO u IĠP” jassisti l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem il-“Kumitat” fuq it-talba ta' dan tal-aħħar. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 waqqfet il-gruppi ta' ħidma u adottat il-mandati ta' dawn il-gruppi. |
(5) |
Wara l-adozzjoni tal-Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel tal-1 ta' Diċembru 2011, flimkien mal-Anness 12 tal-Ftehim, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 tiġi mmodifikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi tal-Ftehim u l -mandat tal-Grupp ta' Ħidma “DPO u IĠP”, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-ħolqien tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi li għandhom x'jaqsmu mal-Grupp ta' Ħidma “DPO u IĠP”, Il-parti' Grupp ta' ħidma “DPO/IĠP” jinbidel bi:
“Grupp ta' Ħidma ‘DPO u IĠP’
Bażi fil-Ftehim (Anness 12)
L-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Il-mandat tal-grupp ta' ħidma skont l-Artikolu 15
1. |
Għandha tiġi eżaminata kull kwistjoni dwar l-Anness 12 u l-implimentazzjoni tiegħu. |
2. |
L-evoluzzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti interni tal-Partijiet fl-oqsma koperti mill-Anness 12 għandhom jiġu eżaminati perjodikament. |
3. |
B'mod partikolari, għandhom jiġu formulati l-proposti għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Konġunt bil-għan li l-appendiċijiet għall-Anness 12 jiġu adattati u aġġornati.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014.
Magħmul f'Berna, id-9 ta' April 2014.
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Susana MARAZUELA-AZPIROZ
Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera
Jacques CHAVAZ
Is-Segretarju tal-Kumitat
Ioannis VIRVILIS