3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/46


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 239/2014

tal-24 ta’ Ottubru 2014

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim ŻEE [2015/1463]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) li se tiġi inkorporata fi ħdan il-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XVIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim ŻEE jkun emendat kif ġej:

1.

Is-segwenti jiżdied mal-punt 14a (id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32014 L 0027: id-Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (ĠU L 65, 05.3.2014, p. 1).”

2.

L-inċiż segwenti jiżdied mal-punti 16c (id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE), 16d (id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE), 16h (id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE) u 29 (id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE):

“—

32014 L 0027: id-Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (ĠU L 65, 05.3.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/27/UE bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 65, 05.3.2014, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.