|
3.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 230/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 231/2014
tal-24 ta' Ottubru 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/1455]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/209/UE tal-20 ta’ Marzu 2014 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2014/209/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/21/UE tat-18 ta’ Diċembru 2012 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 24fb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/21/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE qed jiġi mibdul b'dan li ġej:
“ 32014 D 0209: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/209/UE tal-20 ta' Marzu 2014 dwar ekwivalenzi bejn kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan (ĠU L 120, 23.4.2014, p. 1).”
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2014/209/UE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 120, 23.4.2014, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.