3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 230/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/1454]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2014 tas-27 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta' liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 24fa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0575: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2014 tas-27 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 47).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 575/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 159, 28.5.2014, p. 47.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.