3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 222/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1446]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/638/UE tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni bir-radju fuq il-baħar maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex ikun parti mis-Sistema Marittima Globali għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni 2013/638/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE tal-4 ta' Settembru 2003 fuq il-ħtiġiet essenzali relattivi għall-apparat ta' komunikazzjoni bir-radju minn fuq il-baħar li hu maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex jipparteċipa fis-Sistema Globali Martittima għall-Periklu u s-Sigurta' (GMDSS) (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4zzp (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/63/KE):

“4zzq.

32013 D 0638: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/638/UE tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni bir-radju fuq il-baħar maħsub biex jintuża fuq vapuri non-SOLAS u biex ikun parti mis-Sistema Marittima Globali għall-Periklu u s-Sigurtà (GMDSS) (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 22).”

2.

It-test tal-punt 4zzm (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/71/KE) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/638/UE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 296, 7.11.2013, p. 22.

(2)   ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.