3.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 211/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1435]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas- Salmonella fil-karkassi tal-ħnieżer (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Parti 6.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

"—

32014 R 0217: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 (ĠU L 69, 8.3.2013, p. 93)."

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

"—

32014 R 0217: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 217/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 (ĠU L 69, 8.3.2013, p. 93)."

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 217/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 69, 8.3.2014, p. 93.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.