30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/92


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 207/2014

tat-30 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1275]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva komposti tar-ram (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 108/2014 tal-5 ta' Frar 2014 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva tijoċjanat tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2014 tas-6 ta' Frar 2014 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva jodur tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva spinetoram, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva piridalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva valifenalat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 145/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva tijenkarbażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2014 tas-17 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva aċidu L-assorbiku, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2014 tat-18 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva aċidu S-abxissiku, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2014 tad-19 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva estratt mis-siġra tat-tè (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 192/2014 tas-27 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva 1,4-dimetilnaftalina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2014 tas-27 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva amisulbrom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32014 R 0085: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 85/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 34),

32014 R 0140: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2014 tat-13 ta' Frar 2014 (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 35),

32014 R 0141: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2014 tat-13 ta' Frar 2014 (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 40),

32014 R 0143: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2014 tal-14 ta' Frar 2014 (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 1),

32014 R 0144: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2014 tal-14 ta' Frar 2014 (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 7),

32014 R 0145: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 145/2014 tal-14 ta' Frar 2014 (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 12),

32014 R 0149: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2014 tas-17 ta' Frar 2014 (ĠU L 46, 18.2.2014, p. 3),

32014 R 0151: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2014 tat-18 ta' Frar 2014 (ĠU L 48, 19.2.2014, p. 1),

32014 R 0154: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2014 tad-19 ta' Frar 2014 (ĠU L 50, 20.2.2014, p. 7),

32014 R 0192: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 192/2014 tas-27 ta' Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 20),

32014 R 0193: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2014 tas-27 ta' Frar 2014 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 25).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzl (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2013):

“13zzzm.

32014 R 0108: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 108/2014 tal 5 ta' Frar 2014 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva tijoċjanat tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 36, 6.2.2014, p. 9).

13zzzn.

32014 R 0116: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2014 tas-6 ta' Frar 2014 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sustanza attiva jodur tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 26).

13zzzo.

32014 R 0140: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva spinetoram, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummisjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 35).

13zzzp.

32014 R 0143: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva piridalil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 1).

13zzzq.

32014 R 0144: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 144/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva valifenalat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 7).

13zzzr.

32014 R 0145: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 145/2014 tal-14 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva tijenkarbażon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 12).

13zzzs.

32014 R 0149: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2014 tas-17 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva aċidu L-assorbiku, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 46, 18.2.2014, p. 3).

13zzzt.

32014 R 0151: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2014 tas-18 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva aċidu S-abxissiku, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 48, 19.2.2014, p. 1).

13zzzu.

32014 R 0192: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 192/2014 tas-27 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva 1,4-dimetilnaftalina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 20).

13zzzv.

32014 R 0193: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2014 tal-27 ta' Frar 2014 li japprova s-sustanza attiva amisulbrom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 25).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 85/2014, (UE) Nru 108/2014, UE (Nru) 116/2014, UE (Nru) 140/2014, UE (Nru) 141/2014, UE (Nru) 143/2014, UE (Nru) 144/2014, UE (Nru) 145/2014, UE (Nru) 149/2014, UE (Nru) 151/2014, UE (Nru) 154/2014, UE (Nru) 192/2014 u UE (Nru) 193/2014 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, biex jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2014 tat-30 ta' Settembru 2014 (14), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' u fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 28, 31.1.2014, p. 34.

(2)   ĠU L 36, 6.2.2014, p. 9.

(3)   ĠU L 38, 7.2.2014, p. 26.

(4)   ĠU L 44, 14.2.2014, p. 35.

(5)   ĠU L 44, 14.2.2014, p. 40.

(6)   ĠU L 45, 15.2.2014, p. 1.

(7)   ĠU L 45, 15.2.2014, p. 7.

(8)   ĠU L 45, 15.2.2014, p. 12.

(9)   ĠU L 46, 18.2.2014, p. 3.

(10)   ĠU L 48, 19.2.2014, p. 1.

(11)   ĠU L 50, 20.2.2014, p. 7.

(12)   ĠU L 59, 28.2.2014, p. 20.

(13)   ĠU L 59, 28.2.2014, p. 25.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.

(14)  Ara l-paġna 57 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.