|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 192/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) u l-Protokoll 37 (li jinkludi l-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE [2015/1260]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Biex il-Ftehim ŻEE jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE jrid jiġi estiż sabiex jinkludi l-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi Awdjoviżivi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Grupp. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness XI u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 5q (id-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:
|
“5r. |
C(2014)462: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva.
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattament li ġej: Fl-Artikolu 4(1), il-kliem ‘u rappreżentant tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘Kummissjoni’. Il-modalitajiet ta' assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim: L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva, mingħajr id-dritt għall-vot.” |
Artikolu 2
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 38 fil-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE:
|
“39. |
Il-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 tat-3 ta' Frar 2014 dwar it-twaqqif tal-Grupp Ewropew ta' Regolaturi għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva).” |
Artikolu 3
It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)462 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(*1) L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.