|
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 173/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1241]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/43/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 29 (Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 L 0043: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/43/UE tat-18 ta' Marzu 2014 (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 12).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2014/43/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 82, 20.3.2014, p. 12.
(*1) Rikwiżiti kostizzjonali indikati.