30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 168/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1236]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy) (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(5) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 103 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“104. |
32014 R 0302: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy) (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 4). |
105. |
32014 R 0304: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 8). |
106. |
32014 R 0305: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 12).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 302/2014, (UE) Nru 304/2014 u (UE) Nru 305/2014 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(3) ĠU L 90, 26.3.2014, p. 12.
(*) L-ebda rikwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.