30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 162/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1230]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/90/UE tal-14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta' programm ta' kontroll għall-qerda tar-rinotraċeite bovina infettiva f'reġjun fl-Italja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/91/UE tal-14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ċerti reġjuni fl-Italja u Spanja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Ungerija bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, ir-Rumanija u ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, u ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/177/UE tas-27 ta' Marzu 2014 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru ħieles mill-bruċellożi (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(6)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 14 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE):

“—

32014 D 0091: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/91/UE tal-14 ta' Frar 2014 (ĠU L 46, 18.2.2014, p. 12).”

2.

L-inċiżjonijiet li ġejjin jiżdiedu mal-punt 70 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE):

“—

32014 D 0091: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/91/UE tal-14 ta' Frar 2014 (ĠU L 46, 18.2.2014, p. 12),

32014 D 0177: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/177/UE tas-27 ta' Marzu 2014 (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 45).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 80 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE):

“—

32014 D 0090: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/90/UE tal-14 ta' Frar 2014 (ĠU L 46, 18.2.2014, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/90/UE, 2014/91/UE u 2014/177/UE fil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 46, 18.2.2014, p. 10.

(2)  ĠU L 46, 18.2.2014, p. 12.

(3)  ĠU L 95, 29.3.2014, p. 45.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.