22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 159/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda ċerti Annessi u Protokolli tal-Ftehim ŻEE [2015/94]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 128 tal-Ftehim ŻEE jistipula li kwalunkwe Stat Ewropew li jsir membru tal-Unjoni Ewropea għandu japplika sabiex isir Parti mill-Ftehim ŻEE, u li t-termini u l-kundizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni jkunu soġġetti għal ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istat applikant.

(2)

Wara li ntemmu b'suċċess in-negozjati għat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Kroazja (“il-Parti Kontraenti l-Ġdida”) issottomettiet l-applikazzjoni sabiex issir parti mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) ġie ffirmat fil-11 ta' April 2014.

(4)

Skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE, kif emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati qabel it-30 ta' Ġunju 2011, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, jorbtu lill-Parti Kontraenti l-Ġdida bl-istess kundizzjonijiet li dawn jorbtu lill-Partijiet Kontraenti attwali u skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE.

(5)

Mit-30 ta' Ġunju 2011, numru ta' atti tal-UE ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

(6)

Sabiex tiġi garantita l-omoġeneità tal-Ftehim ŻEE u ċ-ċertezza tad-dritt għal individwi u operaturi ekonomiċi, jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-atti tal-UE li għalihom hemm riferiment jew qegħdin fid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq jorbtu lill-Parti Kontraenti l-Ġdida minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE.

(7)

Skont l-Artikolu 3(5) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, fejn ikunu meħtieġa adattamenti tal-atti tal-UE inkorporati fil-Ftehim ŻEE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE minħabba l-parteċipazzjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida, u dawn l-adattamenti ma kinux previsti fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, dawn ser ikunu indirizzati skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Skont l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, kwalunkwe arranġament ta' rilevanza għall-Ftehim ŻEE msemmi jew adottat abbażi tal-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (“L-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011”), li mhuwiex rifless fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, ser ikun indirizzat skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Skont il-Protokoll 44 tal-Ftehim ŻEE dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja għat-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea, imdaħħal fil-Ftehim ŻEE permezz tal-Artikolu 2(2) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, il-proċedura dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet prevista mill-Ftehim ŻEE tkun applikabbli għal deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikolu 38 tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011.

(10)

L-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

L-emendi tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (3) previst mill-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għandhom isiru parti mill-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 li jadatta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 fir-rigward tan-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-Kroazja għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, id-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta' Frar 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-moviment tal-persuni, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, id-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, is-sajd, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, il-politika soċjali u l-impjiegi, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, u l-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi miżuri ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-mudell ta' passaport maħruġ fil-Kroazja għall-klieb, qtates u l-inmsa (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/16/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/18/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/21/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(22)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(23)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/23/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(24)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(25)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (17) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(26)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/26/UE tat-8 ta' Frar 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika tas-sikurezza tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (18) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(27)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/290/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (19) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(28)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/291/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta' Lulju 2013 (20) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(29)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/346/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Kroazja għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (21) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(30)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/347/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza sottomessi mill-Kroazja għall-kontroll ta' ċerti mard tal-annimali (22) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(31)

Billi l-Ftehim ŻEE jestendi s-suq intern għall-Istati tal-EFTA, sabiex ikun hemm funzjonament tajjeb tas-suq intern huwa meħtieġ li din id-deċiżjoni tibda tapplika u tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed.

(32)

Billi l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE għadu ma daħalx fis-seħħ, iżda hu applikabbli fuq bażi proviżorja, din id-Deċiżjoni wkoll għandha tapplika proviżorjament, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbbir taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati wara it-30 ta' Ġunju 2011 huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti Ġodda.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 1 ikunu mfassla u awtentikati mill-Partijiet Kontraenti fil-lingwa Kroata.

Artikolu 3

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9 (ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

1 2012 J003: L-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, adottat fid-9 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21).”

Artikolu 4

L-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma inkorporati u integrati fil-Ftehim ŻEE.

Artikolu 5

1.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 R 0517: Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).”

2.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 R 0519: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta' Frar 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74).”

3.   Jekk inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti jkun l-ewwel inċiż miżjud fil-punt inkwistjoni, dan jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat bi:”.

Artikolu 6

1.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0015: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 172).”

2.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0016: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/16/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 184).”

3.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0017: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 193).”

4.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness VII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0018: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/18/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 230).”

5.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness VIII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0020: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 234).”

6.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness IX ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0021: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/21/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 240).”

7.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness X ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0022: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 356).”

8.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XI ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0023: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/23/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 362).”

9.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0024: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365).”

10.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XIII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0025: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 368).”

11.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XIV ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0026: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/26/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 376).”

12.   Jekk l-inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti ikun l-ewwel inċiż miżjud fil-punt inkwistjoni, dan jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat bi:”.

13.   L-adattamenti oħra meħtieġa minħabba l-atti inkorporati fil-paragrafi preċedenti huma elenkati fil-Parti II tal-Annessi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

1.   L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0290: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/290/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 22).”

2.   L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 74 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0481: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 (ĠU L 139, 25.5.2013, p. 5).”

3.   Jekk l-inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti jkun l-ewwel inċiż miżjud fil-punt inkwistjoni, dan jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat bi:”.

Artikolu 8

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 121 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE) fil-Parti 1.2:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-att li ġej japplikaw:

32013 R 0656: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fir-rigward tal-mudell ta' passaport maħruġ fil-Kroazja għall-klieb, qtates u l-inmsa (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 35).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 taħt l-intestatura dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“—

32013 D 0291: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/291/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta' Lulju 2013 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 25).”

3.

Taħt l-intestatura “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI TAL-EFTA U MILL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA” fil-Parti 4.2, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 58 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/17/KE):

“59.

32013 D 0346: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/346/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Kroazja għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 12).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”

4.

Taħt l-intestatura “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI TAL-EFTA U MILL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA” fil-Parti 3.2, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 48 (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE):

“49.

32013 D 0347: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/347/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza sottomessi mill-Kroazja għall-kontroll ta' ċerti mard tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 13).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”

Artikolu 9

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 481/2013, (UE) Nru 517/2013, (UE) Nru 519/2013 u (UE) Nru 68/2014 u d-Direttivi 2013/15/UE, 2013/16/UE, 2013/17/UE, 2013/18/UE, 2013/20/UE, 2013/21/UE, 2013/22/UE, 2013/23/UE, 2013/24/UE, 2013/25/UE u 2013/26/UE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/290/UE u 2013/291/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża u tar-Regolament (UE) Nru 656/2013 u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/346/UE u 2013/347/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, din id-Deċiżjoni tapplika proviżorjament mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Kull rekwiżit kostituzzjonali indikat minn kwalunkwe Parti Kontraenti dwar kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmi fl-Artikolu 1, mhux se jiġi affettwat minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(2)   ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

(3)   ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)   ĠU L 139, 25.5.2013, p. 5.

(5)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74.

(7)   ĠU L 190, 11.7.2013, p. 35.

(8)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 172.

(9)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 184.

(10)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 193.

(11)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 230.

(12)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 234.

(13)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 240.

(14)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 356.

(15)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 362.

(16)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365.

(17)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 368.

(18)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 376.

(19)   ĠU L 164, 18.6.2013, p. 22.

(20)   ĠU L 164, 18.6.2013, p. 25.

(21)   ĠU L 183, 2.7.2013, p. 12.

(22)   ĠU L 183, 2.7.2013, p. 13.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


ANNESS I

L-ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 TAD-DEĊIŻJONI

L-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

Dan li ġej jiżdied fil-punt 25a (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 7, il-Punt 2).”

L-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej jiżdied fil-punt 1f (id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, il-Punt 3).”

;

2.

It-test li ġej jiżdied fil-punt 14c (id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, il-Punt 2).”

Il-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) ta' mal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

It-test li ġej jiżdied qabel it-test ta' addattament fil-punt 8 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007) tal-Appendiċi 1:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 4, il-Punt 3).”


ANNESS II

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(1) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi u fil-Protokolli tal-Ftehim ŻEE:

Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji):

A.

Fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji):

Parti 1.1, fil-punt 7b (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004),

Parti 1.1, il-punt 7c (ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 1.1, il-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 1.1, il-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 1.1, il-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 6.1, il-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 7.1, il-punt 8b (ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 7.1, il-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

B.

Fil-Kapitolu II (Għalf):

Punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):

A.

Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):

Punt 45zy (ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

B.

Fil-Kapitolu XI (Tessuti):

Punt 4d (ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

C.

Fil-Kapitolu XII (Prodotti alimentari):

Punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

D.

Fil-Kapitolu XV (Sustanzi perikolużi):

Punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness VI (Sigurtà soċjali):

Punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XIII (Trasport):

Punt 1 (ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill),

Punt 5 (id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19a (ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 21 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85),

Punt 25 a (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 32 a (ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 39 (ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill);

Fl-Anness XX (Ambjent):

Punt 1ea (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XXI (Statistika):

Punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 7f (ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 7h (ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 18i (ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96),

Punt 19dc (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19o (ir-Regolament (KE) Nru 501/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19q (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2004),

Punt 19t (ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25 (ir-Regolament (KE) Nru 1921/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25 a (ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25b (ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25c (ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XXII (Dritt soċjetarju):

Punt 10a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001);

Fil-Protokoll 26 (Dwar il-poteri u l-funzjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-Għajnuna mill-Istat:

L-Artikolu 2(1) (ir-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 659/1999).


ANNESS III

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(2) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(2) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi u fil-Protokolli tal-Ftehim ŻEE:

Fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) tal-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji):

Parti 1.2, il-Punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE),

Parti 1.2, il-Punt 115 (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 136/2004),

Parti 1.2, il-Punt 141 (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 911/2004),

Partijiet 2.2 u 4.2, il-Punti 33 u 85 rispettivament (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 504/2008),

Parti 4.2, il-Punt 86 (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1251/2008),

Parti 6.2, il-Punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE),

Parti 7.2, il-Punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE),

Parti 7.2, il-Punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE),

Parti 9.2, il-Punt 4 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE),

Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):

A.

Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):

Punt 45zr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007),

Punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008),

Punt 45zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010),

Punt 45zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011),

Punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011),

Punt 45zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010),

B.

Fil-Kapitolu XV (Sustanzi perikolużi):

Punt 12 l (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2000/657/KE),

Punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness X (Servizzi inġenerali):

Punt 1b (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2009/767/KE),

Fl-Anness XIII (Trasport):

Punt 37da (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2007/756/KE),

Punt 42gb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2010);

Fl-Anness XX (Ambjent):

Punt 32cb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007);

Fl-Anness XXI (Statistika):

Punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009),

Punt 1 l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009),

Punt 4ca (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2005),

Punt 7bb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/861/KE),

Punt 7i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003),

Punt 18wb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013),

Punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XXII (Dritt soċjetarju):

Punt 10fd (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2011/30/UE);

Fil-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi):

Punt 1(2) tal-Artikolu 3 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004),

Punt 1(4) tal-Artikolu 3 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004);

Fil-Protokoll 47 (Dwar it-tneħħija tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid:

Punt 11 tal-Appendiċi 1 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009).


ANNESS IV

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(1) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE:

A.

Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):

Punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE),

Punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE),

Punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE),

Punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE),

Punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE),

Punt 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE),

Punt 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE),

Punt 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE),

Punt 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE),

Punt 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE),

Punt 23 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE),

Punt 24 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE),

Punt 25 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE),

Punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE),

Punt 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE),

Punt 29 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE),

Punt 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE),

Punt 31 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE),

Punt 32 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE),

Punt 36 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE),

Punt 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE),

Punt 45r (id-Direttiva 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45t (id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45y (id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45za (id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zc (id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zzs (id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zzt (id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

B.

Il-Kapitolu II (Tratturi agrikoli u forestali):

Punt 11 (id-Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE),

Punt 17 (id-Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 20 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE),

Punt 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE),

Punt 23 (id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 28 (id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 29 (id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 31 (id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

C.

Il-Kapitolu XIX (Dispożizzjonijiet ġenerali fl-ostakli tekniċi tal-kummerċ):

Punt 3e (id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS V

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(2) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS VI

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(3) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(3) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 21ar (id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS VII

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(4) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(4) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ZEE:

Punt 41 (id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS VIII

PARTI I

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(5) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(5) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi tal-Ftehim ŻEE:

Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), il-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarj):

Parti 1.1, il-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE),

Parti 3.1, il-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE),

Parti 3.1, il-punt 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE),

Parti 4.1, il-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE),

Parti 4.1, il-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE),

Parti 5.1, il-punt 6a (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE),

Parti 7.1, il-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE),

Parti 7.1, il-punt 8a (id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 8.1, il-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE),

Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, istandards, ittestjar u ċertifikazzjoni), il-Kapitolu XII (Prodotti alimentari):

Punt 18 (id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE).

PARTI II

ADATTAMENTI OĦRA MEĦTIEĠA MINĦABBA L-ADEŻJONI

It-test tal-adattament (b) fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“29.

It-territorju tar-Repubblika tal-Islanda.

30.

It-territorju tar-Renju tan-Norveġja, minbarra Svalbard.”


ANNESS IX

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(6) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(6) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fil-Kapitolu XV (Sustanzi Perikolużi) tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE),

Punt 12r (id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS X

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(7) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(7) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE),

Punt 18a (id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 24c (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE),

Punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 36a (id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 46a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE),

Punt 47a (id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS XI

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(8) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(8) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ZEE:

Punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS XII

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(9) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(9) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XXII (Dritt soċjetarju) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 1 (id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 2 (id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 3 (id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 4 (ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE),

It-tieni inċiż (Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) tal-punt 4 (ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE),

Punt 9 (id-Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS XIII

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(10) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(10) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness VII (Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE),

Punt 2a (id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE).


ANNESS XIV

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(11) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(11) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni), Kapitolu XII (Prodotti alimentari), tal-Ftehim ŻEE:

Punt 54w (id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE),

Punt 54zzzv (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE).