27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (1) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (2) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-lista ta' sustanzi attivi (3) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 24c (ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE:

“24d.

32009 R 1185: Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar statistika li tikkonċerna l-pestiċidi (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-dejta kif meħtieġ minn dan ir-Regolament.

24da.

32011 R 0408: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 21).

24db.

32011 R 0656: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-lista ta' sustanzi attivi (ĠU L 180, 8.7.2011, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1185/2009, (UE) Nru 408/2011 u (UE) Nru 656/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 108, 28.4.2011, p. 21.

(3)   ĠU L 180, 8.7.2011, p. 3.

(*1)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(4)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.