27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għal konvertibbli u titoli ta' dejn skambjabbli (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0759: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2013 tat-30 ta' April 2013 (ĠU L 213, 8.8.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 759/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 213, 8.8.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.