30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE tad-29 ta' Awwissu 2013 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni għall-annimali ovini u kaprini u r-rekwiżiti tas-saħħa li jirrigwardaw il-marda tal-ħakk (scrapie) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Islanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE) fil-Parti 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0445: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/445/UE tad-29 Awwissu 2013 (ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/445/UE fl-ilsien Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 630/2013 (2) fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 233, 31.8.2013, p. 48.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 60.