28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2014

tat-8 ta’ April 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/1/UE tas-6 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfati mill-prodott tar-raba’ Oryza sativa (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/57/UE tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli u speċi ta’ ħxejjex (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE):

“—

32012 L 0001: Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/1/UE tas-6 ta’ Jannar 2012 (ĠU L 4, 7.1.2012, p. 8).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 14 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE) u 15 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE):

“—

32013 L 0057: Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/57/UE tal-20 ta’ Novembru 2013 (ĠU L 312, 21.11.2013, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi ta’ Implimentazzjoni 2012/1/UE u 2013/57/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ April 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 4, 7.1.2012, p. 8.

(2)   ĠU L 312, 21.11.2013, p. 38.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.