17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/135/UE tal-15 ta' Marzu 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2007/506/KE u 2007/742/KE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 2y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE) u 2zc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0135: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/135/UE tal-15 ta' Marzu 2013 (ĠU L 5, 19.3.2013, p. 34).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/135/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 75, 19.3.2013, p. 34.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.