17.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2014
tal-14 ta' Frar 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 321/2013 jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement trid tiġi rrevokata skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 37 m (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE):
|
2. |
Jitħassar it-test tal-punt 371 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE). |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1.
(2) ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.