17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/95/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 5 (il-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 95/16/KE) tal-Kapitolu III:

“—

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 6 (id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 6a (id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu VIII:

“, kif emendat minn:

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

3.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 27 (id-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu IX:

“, kif emendat minn:

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

4.

L-Inċiż li ġej jiżdied mal-punt 27b (id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu IX:

“—

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

5.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 7a (id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu X:

“, kif emendat minn:

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

6.

It-test tal-punt 2 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE) fil-Kapitolu XVIII huwa mħassar.

7.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX:

“—

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

8.

It-test tal-punt 2 (imħassar) fil-Kapitolu XIX huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 2(7), il-kliem ‘l-Artikolu 57 TFUE’ jinbidel b' ‘l- Artikolu 37 tal-Ftehim ŻEE’;”

9.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE) tal-Kapitolu XXII:

“—

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

10.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE) u 4 (id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIX:

“, kif emendat minn:

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

11.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXXI:

“—

32012 R 1025: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  ĠU L 36, 7.2.1987, p. 31.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.