|
17.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 6/2014
tal-14 ta' Frar 2014
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2013 tas-16 ta' Awwissu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti permessi għall-jessotossini f'molluski bivalvi ħajjin (1) għandu jkun inkorporat fit-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2013 tat-23 ta' Settembru 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa f'ċerti pejsts tal-frott u tal-ħaxix (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta' mal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li jiżdied fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32013 R 0786: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2013 tas-16 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 14).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32013 R 0913: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2013 tat-23 ta' Settembru 2013 (ĠU L 252, 24.9.2013, p. 11).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 786/2013 u (UE) Nru 913/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Supplement tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 220, 17.8.2013, p. 14.
(2) ĠU L 252, 24.9.2013, p. 11.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.