|
17.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 2/2014
tal-14 ta' Frar 2014
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2013 tat-23 ta' April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2013 tal-14 ta' Mejju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-analogu idrossilat tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2013 tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Lactobacillus kefiri DSM 19455 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2013 tat-12 ta' Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta' tjur minbarra dawk użati għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co KG) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 tas-16 ta' Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-oġġetti tal-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
|
(7) |
L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 94 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“95. |
32013 R 0374: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 374/2013 tat-23 ta' April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Clostridium butyricum (FERM BP-2789) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Miyarisan Pharmaceutical Co. Ltd, irrappreżentat minn Miyarisan Pharmaceutical Europe S.L.U.) ĠU L 112, 24.4.2013, p. 13. |
|
96. |
32013 R 0445: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2013 tal-14 ta' Mejju 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-analogu idrossilat tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 130, 15.5.2013, p. 21). |
|
97. |
32013 R 0774: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2013 tat-12 ta' Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus kefiri DSM 19455 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 217, 13.8.2013, p. 30). |
|
98. |
32013 R 0775: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2013 tat-12 ta' Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta' tjur minbarra dawk użati għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co KG) (ĠU L 217, 13.8.2013, p. 32). |
|
99. |
32013 R 0787: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 tas-16 ta' Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 15).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 374/2013, (UE) Nru 445/2013, (UE) Nru 774/2013, (UE) Nru 775/2013 u (UE) Nru 787/2013 fl-ilsien Islandiż u f'dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 112, 24.4.2013, p. 13.
(2) ĠU L 130, 15.5.2013, p. 21.
(3) ĠU L 217, 13.8.2013, p. 30.
(4) ĠU L 217, 13.8.2013, p. 32.
(5) ĠU L 220, 17.8.2013, p. 15.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.