31.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 373/3 |
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed Kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-ISVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ
Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”,
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
minn naħa waħda, u
IL-FEDERAZZJONI RUSSA
min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”,
BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fl-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu;
BILLI t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fid-9 ta' Diċembru 2011 fi Brussell;
BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim għandha ssir permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim;
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi għall-Ftehim. Ir-Repubblika tal-Kroazja tadotta u, bl-istess mod kif jagħmlu l-Istati Membri l-oħrajn, tieħu nota tat-testi tal-Ftehim, id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data u tal-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2000, tal-Protokoll għall-Ftehim tas-27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005, u tal-Protokoll għall-Ftehim tat-23 ta' April 2007 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2008.
Artikolu 2
Wara l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Federazzjoni Russal-verżjoni, fil-lingwa Kroata, tal-Ftehim, tal-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997, tas-27 ta' April 2004 u tat-23 ta' April 2007. Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni fil-lingwa Kroata għandha ssir verżjoni awtentika bl-istess kondizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Russa tal-Ftehim.
Artikolu 3
Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet, f'konformità mal-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.
3. Dan il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja wara 15-il jum mid-data tal-iffirmar tiegħu.
4. Dan il-Protokoll japplika għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-qafas tal-Ftehim mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Dan il-Ftehim huwa mfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bir-Russu, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, mogħtija s-setgħa għal dan l-iskop, iffirmaw dan il-Protokoll.
Съставено в Брюксел на седемнадесети декември две хиляди и четиринадесета година.
Hecho en Bruselas, el diecisiete de diciembre de dos mil catorce.
V Bruselu dne sedmnáctého prosince dva tisíce čtrnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den syttende december to tusind og fjorten.
Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Dezember zweitausendvierzehn.
Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta detsembrikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.
Done at Brussels on the seventeenth day of December in the year two thousand and fourteen.
Fait à Bruxelles, le dix-sept décembre deux mille quatorze.
Sastavljeno u Bruxellesu sedamnaestog prosinca dvije tisuće četrnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì diciassette dicembre duemilaquattordici.
Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada septiņpadsmitajā decembrī.
Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų gruodžio septynioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év december havának tizenhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u erbatax.
Gedaan te Brussel, de zeventiende december tweeduizend veertien.
Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego grudnia roku dwa tysiące czternastego.
Feito em Bruxelas, em dezassete de dezembro de dois mil e catorze.
Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece decembrie două mii paisprezece.
V Bruseli sedemnásteho decembra dvetisícštrnásť.
V Bruslju, dne sedemnajstega decembra leta dva tisoč štirinajst.
Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.
Som skedde i Bryssel den sjuttonde december tjugohundrafjorton.
Совершено в г. Брюсселе семнадцатого декабря две тысячи четырнадцатого года.
За държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Za države članice
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā –
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu Państw Członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
För medlemsstaterna
За государства-члень
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Евроиейский союз
За Европейската общност за атомна енергия
Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica
Za Evropské společenství pro atomovou energii
For Det Europæiske Atomenergifællesskab
Für die Europäische Atomgemeinschaft
Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής Ενέργειας
For the European Atomic Energy Community
Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique
Za Europsku zajednicu za atomsku energiju
Per la Comunità europea dell'energia atomica
Eiropas Atomenerģijas Kopienas vārdā –
Europos atominės energijos bendrijos vardu
az Európai Atomenergia-közösség részéről
F'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie
W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej
Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica
Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice
za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu
Za Evropsko skupnost za atomsko energijo
Euroopan atomienergiajärjestön puolesta
För Europeiska atomenergigemenskapen
За Европейское сообщество по атомной знергии
За Руската Федерация
Por la Federación de Rusia
Za Ruskou Federaci
For Den Russiske Føderation
Für die Russische Föderation
Venemaa Föderatsiooni nimel
Για τη Ρωσική Ομοσπονδία
For the Russian Federation
Pour la Fédération de Russie
Per la Federazione Russa
Krievijas Federācijas vārdā –
Rusijos Federacijos vardu
Az Orosz Föderáció részéről
Għall-Federazzjoni Russa
Voor de Russische Federatie
W imieniu Federacji Rosyjskiej
Pela Federação da Rússia
Pentru Federația Rusă
Za Ruskú Federáciu
Za Rusko Federacijo
Venäjän Federaation puolesta
För Ryska Federationen
За Pоссийскую Федерацию