|
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/8 |
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd għandhom ikunu kif ġej:
|
|
Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla, marlin, pixxispad), speċijiet assoċjati u sajd taħt il-mandat ta' tmexxija tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), esklużi
|
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Tul ta' żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta' 4 snin li jibdew mill-applikazzjoni provviżorja tiegħu.
Artikolu 3
Prinċipji u għanijiet fundamentali abbażi tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll
1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar abbażi tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot li jistadu f'din iż-żona. Il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni kollha li għandhom x'jaqsmu mal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd hekk kif speċifikat fl-Appendiċi 2 għal dan il-Protokoll, għandhom japplikaw għall-flotot industrijali barranin kollha li qed joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar skont kundizzjonijiet tekniċi simili għal dawk applikabbli għal-flotot tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt, u dwar l-element fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba tal-affarijiet pubbliċi, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni ambjentali soda.
Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja
1. Għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 2 kollu kemm hu, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta' EUR 6 107 500.
2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi allokata kif ġej:
|
2.1. |
ammont annwali ta' EUR 866 250 għal kull sena mill-ewwel sentejn tal-protokoll u ta' EUR 787 500 għal kull sena mis-sentejn ta' wara, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza, għall-ispeċijiet kollha, ta' 15 750 tunnellata kull sena biex jinkiseb aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar; u |
|
2.2. |
ammont speċifiku ta' EUR 700 000 fis-sena allokat għall-appoġġ tal-politika settorjali tal-ispeċijiet tal-ħut u tas-sajd tal-Madagaskar u għall-implimentazzjoni tagħha. Il-kontribuzzjoni finanzjarja intenzjonata għall-appoġġ settorjali hija disponibbli għall-Ministeru tar-Riżorsi tal-Baħar u tas-Sajd. |
3. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 8, 11 u 12 ta' dan il-Protokoll.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fil-paragrafu 2 tiġi ddepożitata f'kont waħdieni tat-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar miftuħ mill-Bank Ċentrali tal-Madagaskar, u li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni Ewropea mill-Madagaskar qabel il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja u għandhom jiġu kkonfermati kull sena.
Artikolu 5
Modi ta' ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-aċċess
1. Jekk l-ammont annwali tal-qabdiet tal-ispeċijiet stipulati fl-Artikolu 1 li jkunu saru fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, kif iddikjarat u vvalidat fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness għal dan il-Protokoll, jeċċedi t-tunnellaġġ ta' referenza speċifikat fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għandu jiżdied b' EUR 55 matul l-ewwel sentejn tal-Protokoll u EUR 50 matul l-aħħar sentejn għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.
2. Madankollu, l-ammont annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux ikun aktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 għas-sena korrispondenti. Jekk il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.
3. Il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux isir aktar tard minn 90 ġurnata wara l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15, għall-ewwel sena, u mhux aktar tard mill-anniversarju tad-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għas-snin ta' wara.
4. L-allokazzjoni tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja definita fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Madagaskar.
Artikolu 6
Modi tal-implimentazzjoni u tal-ħlas tal-appoġġ settorjali
1. Il-Kumitat Konġunt, mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll, għandu jaqbel dwar programm settorjali pluriennali, li l-għan ġenerali tiegħu għandu jkun il-promozzjoni ta' sajd responsabbli u sostenibbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, skont l-istrateġija nazzjonali tas-sajd tal-Madagaskar.
2. Il-modi ta' applikazzjoni ta' dan il-programm ta' appoġġ settorjali pluriennali jinkludu b'mod partikolari:
|
2.1. |
il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2.2; |
|
2.2. |
l-għanijiet annwali u pluriennali li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġi introdott sajd responsabbli u sostenibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet espressi mill-Madagaskar fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu, b'mod partikolari l-istrateġija nazzjonali għall-ġestjoni tas-sajd tat-tonn u partikolarment l-għoti ta' appoġġ għal sajd tradizzjonali u artiġjanali, monitoraġġ, kontroll u sorvejlanza tal-attivitajiet tas-sajd u partikolarment il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU), it-tisħiħ tal-kapaċità tar-riċerka tas-sajd tal-Madagaskar jew il-kapaċità għall-amministrazzjoni tal-aċċess u tal-użu tal-ekosistemi marittimi u l-ispeċijiet tal-ħut; |
|
2.3. |
il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali. |
3. Kull sena l-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jippreżentaw, fil-forma ta' rapport annwali, rapport ta' progress dwar l-attivitajiet implimentati bl-assistenza tal-kumpens finanzjarju għall-appoġġ settorjali. Dan ir-rapport għandu jiġi kkunsidrat mill-Kumitat Konġunt. Ir-rapport annwalikorrispondenti għas-sena ta' qabel għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali matul it-terminu kollu tal-Protokoll.
4. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali.
5. Il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja fir-rigward tal-appoġġ settorjali għandu jsir permezz ta' pagamenti akkont annwali abbażi tal-analiżi mill-Kumitat Konġunt u abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali, hekk kif prevvist fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
6. L-Unjoni Ewropea tista' tissospendi parzjalment jew totalment il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-Paragrafu 2.2 tal-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
6.1. |
jekk wara l-eżami mwettaq mill-Kumitat Konġunt skont il-paragrafu 5 ikun ġie meqjus li r-riżultati miksuba mhumiex xierqa għal programm adottat mill-Kumitat Konġunt; |
|
6.2. |
f'każ li ma titwettaqx din il-kontribuzzjoni finanzjarja. |
7. Wara sospensjoni kif prevista fil-paragrafu 6, il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali jerġa' jibda biss wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet u ladarba r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali jikkonformaw mal-iskeda tal-programm adottata mill-Kumitat Konġunt. Madankollu, il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-appoġġ settorjali ma jistax isir wara perjodu ta' sitt xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
Artikolu 7
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1. Permezz ta' kooperazzjoni xjentifika, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u għall-ispeċijiet u s-sajd immaniġġjati taħt il-mandat ta' tmexxija tal-IOTC. Il-Partijiet jimpenjaw ruħom li jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC.
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom jiskambjaw kull informazzjoni xjentifika relevanti biex ikun possibbli li tiġi mmonitorjata l-kundizzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
3. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokol, il-Partijiet jistgħu jiffurmaw, jekk ikun meħtieġ, grupp ta' ħimda xjentifika konġunta sabiex jeżaminaw kull tip ta' kwistjoni xjentifika li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-mandat, il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta' dan il-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta.
4. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC, u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, fejn ikun xieraq, dwar it-riżultati tal-laqgħat tal-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta, il-Kumitat Konġunt għandu jadotta miżuri biex tkun żgurata l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll u li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.
Artikolu 8
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi bi qbil komuni fi ħdan il-Kumitat Konġunt
1. Il-Kumitat Konġunt jista' jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut imsemmija f'dan il-Protokoll u, jekk ikun hemm bżonn, wara li tingħata opinjoni mill-Grupp Konġunt ta' Ħidma Xjentifika.
2. F'każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 għandha tkun riveduta proporzjonalment u pro rata temporis, u jsiru l-emendi meħtieġa għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.
3. Meta jkun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi qbil reċiproku, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd u r-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Annessi tiegħu.
Artikolu 9
Kampanji tas-sajd sperimentali
1. Il-Kumitat Konġunt jista' jawtorizza kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet, għandu jiddetermina l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametri xierqa oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-grupp ta' ħidma xjentifika konġunta.
2. L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Madagaskar it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali fuq il-bażi ta' fajl tekniku li jispeċifika:
|
— |
il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment; |
|
— |
il-livell ta' għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat; |
|
— |
il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (tul, tagħmir, żoni ta' esplorazzjoni, eċċ.). |
3. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta' sitt xhur. Dawn huma soġġetti għall-ħlas ta' tariffa ffissata mill-awtoritajiet tal-Madagaskar.
4. Osservatur xjentifiku maħtur mill-Madagaskar għandu jkun preżenti abbord matul it-tul kollu tal-kampanja.
5. Il-qabdiet li jsiru skont u matul il-kampanja ta' esplorazzjoni jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment.
6. Id-dettalji tar-riżultati tal-kampanja għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Konġunt. Fil-każ li dawn tal-aħħar iqisu li l-kampanja sperimentali tat riżultati pożittivi, il-Madagaskar jista' jipproponi li jalloka opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea taħt Protokoll ieħor.
Artikolu 10
Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd — klawżola tal-esklużività
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar biss jekk ikunu msemmija fuq il-lista tal-IOTC ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati u jekk ikunu ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet tal-Madagaskar skont il-Ftehim ta' Sħubija u dan il-Protokoll.
2. L-awtoritajiet tal-Madagaskar jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija u ta' dan il-Protokoll biss, u dawn il-bastimenti ma tista' tinħarġilhom l-ebda awtorizzazzjoni oħra lil hinn minn dan il-kuntest, b'mod partikulari fil-forma ta' liċenzji privati.
3. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Madagaskar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
4. Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b'kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom.
Artikolu 11
Sospensjoni
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu sospiżi unilateralment minn waħda mill-Partijiet fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Ftehim u l-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll, kif ukoll fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
1.1. |
f'każ ta' forza maġġuri; |
|
1.2. |
nuqqas ta' qbil gravi u mhux riżolt bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll; |
|
1.3. |
nuqqas min-naħa tal-Unjoni Ewropea li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4, għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6 ta' dan il-Protokoll. |
2. Sospensjoni minħabba raġunjiet ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2) ta' dan il-Protokoll tista' ssir biss jekk il-proċedimenti ta' konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou dwar vjolazzjoni ta' elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9 ta' dak il-Ftehim, ikunu nbdew.
3. Meta l-applikazzjoni tal-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha bil-miktub u mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni.
4. Is-sospensjoni tal-Protokoll għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu tkun applikata minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta' sospensjoni.
5. F'każ ta' sospensjoni, il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni paċifika għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tintlaħaq tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma ta' kumpens finanzjarju għandha titnaqqas b'mod proporzjonali u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.
6. L-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jiġu sospiżi tul il-perjodu kollu tas-sospensjoni.
Artikolu 12
Terminazzjoni
1. F'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta tkun se sseħħ it-tali terminazzjoni.
2. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta' qabel.
Artikolu 13
Kunfidenzjalità tad-dejta
1. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li jittrattaw f'kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.
2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-dejta aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-IOTC.
3. Id-dejta li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-skopijiet ta' ġestjoni, ta' kontroll u ta' monitoraġġ tas-sajd.
Artikolu 14
Skambju elettroniku tad-dejta
1. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jieħdu l-impenn li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi tal-informatika meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-iskambji elettroniċi kollha jrid ikollhom konferma li ġew riċevuti.
2. F'kull waqt, il-forma elettronika ta' dokument se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
3. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F'dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b'mod awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom.
Artikolu 15
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tal-Madagaskar
ANNESS
Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Għażla tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għar-Repubblika tal-Madagaskar (il-Madagaskar) bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:
|
1.1. |
għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn ikun applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar; |
|
1.2. |
għar-Repubblika tal-Madagaskar: il-Ministeru inkarigat mill-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd. |
2. Awtorizzazzjoni tas-sajd
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta' dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-liġijiet tal-Madagaskar.
3. Żona tas-sajd tal-Madagaskar
|
3.1. |
Iż-żona tal-Madagaskar hija definita bħala l-ilmijiet tal-Madagaskar li fihom il-Madagaskar jippermetti li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jwettqu attivitajiet tas-sajd.
|
|
3.2. |
Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw esklussivament fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar kif indikat fl-Appendiċi 3, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li ġejjin.
|
4. Ħatra ta' destinatarju
Kull sid ta' bastimenti tal-UE li jkun beħsiebu jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi rrappreżentat minn aġent residenti fil-Madagaskar.
5. Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien tal-bastimenti
Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont tat-Teżor pubbliku li fih għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti minn sidien il-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.
6. Kuntatti
Id-dettalji ta' kuntatt għaż-żewġ Partijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll jinsabu fl-Appendiċi 9.
KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
1. Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd — bastimenti eliġibbli
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun elenkat fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u huwa msemmi fuq il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati mill-IOTC. Barra min hekk, il-kaptan jew il-bastimenti ma jistgħux jiġu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd
|
2.1. |
L-UE għandha tippreżenta lill-Madagaskar permezz ta' mezzi elettroniċi u tibgħat ukoll kopja lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd fir-rigward ta' kull vettura li tkun tixtieq tistad skont il-Ftehim. |
|
2.2. |
L-applikazzjonijiet għandhom isiru fil-formola inkluża fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. |
|
2.3. |
Kull applikazzjoni inizjali għal awtorizzazzjoni għas-sajd, jew applikazzjoni ppreżentata minħabba bidla fil-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment ikkonċernat, għandha tiġi akkumpanjata minn:
|
|
2.4. |
Fil-każ ta' tiġdid ta' awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa bil-quddiem. |
3. Tariffa u tariffa b'rata fissa bil-quddiem
|
3.1. |
It-tariffa fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ, espressa f'euro għal kull tunnellata ta' sajd fiż-żona tal-Madagaskar, hija stabbilita kif ġej:
|
|
3.2. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu meta t-tariffi b'rata fissa bil-quddiem li ġejjin ikunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
|
|
3.3. |
L-ammont tat-tariffa b'rata fissa għandu jinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi tal-port, it-taxxi tal-iżbark, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti għall-provvista tas-servizzi. |
4. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
4.1. |
Ladarba jkun irċieva l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd deskritti fil-punt 2 hawn fuq, il-Madagaskar għandu 20 ġurnata tax-xogħol biex joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tal-Unjoni Ewropea li l-applikazzjoni tagħhom titqies konsistenti mal-punti 2.2, 2.3 u 2.4. |
|
4.2. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali maħruġa għandha tintbagħat immedjatament lil sidien il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom fil-Madagaskar permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar. |
|
4.3. |
Kopja ta' din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat immedjatament permezz ta' e-mail lid-Delegazzjoni tal-UE u lil sidien il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom. Din il-kopja li trid tinżamm abbord hija valida għal perjodu massimu ta' 60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Wara dan il-perjodu, il-kopja oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord. |
5. Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
5.1. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli. |
|
5.2. |
Madankollu, fuq talba tal-UE u f'każ ta' prova ta' forza maġġuri, b'mod partikulari f'każ ta' telf ta' bastiment jew ta' nuqqas ta' użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha tinbidel b'awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f'isem bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas tariffa ġdida. |
|
5.3. |
F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali potenzjali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
5.4. |
Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel, jew l-aġent tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Madagaskar permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar. |
|
5.5. |
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tkun dik li fiha l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra tkun ingħatat lura liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Id-Delegazzjoni tal-UE għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
6. Perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
|
6.1. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu annwali uniku. |
|
6.2. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jistgħu jiġġeddu. |
|
6.3. |
Fil-każ li l-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ma jikkorrispondix mal-1 ta' Jannar 2015, sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, perjodu annwali għandu jfisser:
|
7. Dokumenti li għandhom jinżammu abbord
Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Madagaskar jew f'port tal-Madagaskar, għandu jżomm abbord il-bastiment tas-sajd f'kull ħin id-dokumenti li ġejjin:
|
— |
il-kopja oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; madankollu, għal perjodu ta' 60 ġurnata kalendarja, u sakemm tasal l-oriġinali, kopja tal-awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-punt 4.3 ta' din it-Taqsima hija wkoll valida; |
|
— |
il-liċenzja tan-navigazzjoni tal-bastiment jew kwalunkwe dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtorità tal-bandiera; |
|
— |
pjan tal-kapaċità tal-bastiment, fil-forma ta' tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd, u b'mod partikolari, l-għadd ta' stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta' ħżin espressa f'metri kubi. |
8. Bastimenti ta' appoġġ
|
8.1. |
Fuq talba tal-UE u wara eżami mill-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-Madagaskar għandu jawtorizza l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta' appoġġ. |
|
8.2. |
Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. It-tali appoġġ la jista' jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet. |
|
8.3. |
Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija f'dan il-Kapitolu, safejn din tkun tapplika għalihom. Il-Madagaskar għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta' appoġġ awtorizzati u jikkomunikaha immedjatament lill-UE. |
|
8.4. |
L-imposti annwali applikabbli għall-bastiment ta' appoġġ hija ta' EUR 3 500/sena. |
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI TA' KONSERVAZZJONI
|
1. |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom jikkonformaw mal-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni, mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha maħruġa mill-IOTC u l-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ li tkun applikabbli għalihom. |
|
2. |
Il-miżuri tekniċi tal-konservazzjoni applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbuta maż-żona tas-sajd, mal-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness. |
|
3. |
Matul is-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, u bl-eċċezzjoni tal-Irkaptu tal-Aggregazzjoni tal-Hut (FAD) mitluqa mal-kurrent b'mod naturali, l-użu ta' tagħmir awżiljarji tas-sajd li jimmodifika l-imġiba tal-ispeċijiet migratorji ħafna u li jiffavorixxi b'mod partikolari il-konċentrazzjoni tagħhom qrib jew taħt it-tagħmir tas-sajd, se jkun limitat għal FAD b'derivanti aritifiċjali msejħa ekoloġiċi li d-disinn, il-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu tali li jevitaw kull qbid inċidentali mit-tagħmir ta' krustaċej, klieb il-baħar u fkieren. Il-materjali li minnhom ikun magħmul dan it-tagħmir awżiljari għandu jkun bijodegredabbli. It-tqassim u l-użu ta' dawn l-FADs artifiċjali li jżommu fil-wiċċ tal-baħar għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u mar-riżoluzzjonijiet tal-IOTC. |
KAPITOLU IV
TAQSIMA 1
Sistema ta' rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd
1. Ġurnal ta' abbord tas-sajd
|
1.1. |
Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE li qed jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC għall-bastimenti bil-konz u għall-bastimenti bit-tartarun. |
|
1.2. |
Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
1.3. |
Il-kaptan għandu jikteb kuljum, fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd, il-kwantità ta' kull speċi, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta' ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll meta ma jinqabad xejn, il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut. |
|
1.4. |
Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela b'mod li jkun jista' jinqara, b'ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan. |
|
1.5. |
Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd. |
2. Rappurtar tal-qabdiet
|
2.1. |
Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat lill-Madagaskar il-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
2.2. |
Sa meta tiddaħħal is-sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 3 ta' din it-Taqsima, il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b'wieħed mill-modi li ġejjin:
|
|
2.3. |
Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta' abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta' abbord tas-sajd:
|
|
2.4. |
Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fil-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal dikjarazzjoni dwar il-qbid ġdida. |
|
2.5. |
Fejn id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni dwar il-qbid ma jitħarsux, il-Madagaskar jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa, u jista' jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Madagaskar jista' jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
2.6. |
Il-Madagaskar għandu jinforma lill-UE bil-penali kollha aplikabbli f'dan il-kuntest fl-istess waqt li jinnotifika lil sid il-bastiment. |
3. Dħul fis-seħħ ta' sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd (ERS)
Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jużaw sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar is-sajd abbażi tal-linji gwida li jinsabu fl-Appendiċi 8. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li s-sistema ssir operazzjonali fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll.
4. Dikjarazzjonijiet kull tliet xhur u kull sena dwar il-qabdiet u dwar l-isforzi tas-sajd
4.1. Dikjarazzjonijiet kull tliet xhur
|
4.1.1. |
Jekk is-sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tad-dejta tas-sajd imsemmija fil-punt 3 ta' din it-Taqsima mhijiex operazzjonali, l-UE għandha tinnotifika lill-Madagaskar, qabel it-tmiem tat-tielet xahar ta' kull tliet xhur, bid-dejta li tirrelata mal-qabdiet u mal-isforz tas-sajd (għadd ta' ġranet fuq il-baħar) għal kull kategorija li hemm stipulazzjoni dwarha f'dan il-Protokoll u li tikkorrispondi mat-tliet xhur ta' qabel, skont il-mudell prevvist fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness. |
|
4.1.2. |
Din id-dejta aggregata mill-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandha titqies provviżorja san-notifika tal-UE b'dikjarazzjoni annwali definittiva tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd. |
4.2. Dikjarazzjonijiet annwali
|
4.2.1. |
Għal kull bastiment tat-tonn bit-tartarun u kull bastiment bil-konz tal-wiċċ awtorizzat li jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, l-UE se tfassal dikjarazzjoni annwali dwar il-qabdiet u l-isforz tas-sajd (għadd ta' ġranet fuq il-baħar), għal kull speċi u skont ix-xahar, abbażi tad-dejta tal-qabda vvalidata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera u wara analiżi mwettqa mill-istituti tar-riċerka dwar is-sajd tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq permezz ta' kontroverifika tad-dejta disponibbli fil-ġurnali ta' abbord, fir-rapporti dwar l-iżbark, fin-noti tal-bejgħ u fejn xieraq, fir-rapporti ta' osservazzjoni xjentifiċi. |
|
4.2.2. |
Il-metodoloġija użata mill-istituti ta' riċerka dwar is-sajd tal-Unjoni Ewropea biex jiġu analizzati l-livell u l-kompożizzjoni tal-qabdiet fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar hija kondiviża bejn l-USTA (l-Unità Statistika dwar it-Tonn ta' Antsiranana), iċ-ĊMS tal-Madagaskar u l-Ministeru għar-Riżorsi tas-sajd u d-Dipartiment tas-Sajd għall-Istatistika u l-Ipprogrammar. |
5. Dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
|
5.1. |
Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforzi msemmija fil-Paragrafu 4.2 ta' din it-Taqsima u fir-rigward ta' kull bastiment tat-tonn bit-tartarun u kull bastiment bil-konz tal-wiċċ li ġew awtorizzati li jistaħdu matul is-sena ta' qabel fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, l-UE għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward tal-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja preċedenti. |
|
5.2. |
Ir-rappurtar annwali tal-qabdiet u tal-isforz u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi għandhom jintbagħtu mill-UE lill-Madagaskar qabel il-31 ta' Lulju tas-sena li ssegwi s-sena li fiha jkunu saru l-qabdiet, bħala konferma. |
|
5.3. |
Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE meta jaslulu dawn id-dikjarazzjonijiet u n-notifika u jista' jitlob kwalunkwe kjarifiki li huwa jikkunsidra li hemm bżonn.
|
|
5.4. |
Il-Madagaskar għandu 30 ġurnata tax-xogħol wara d-data tan-notifika prevista fil-punt 5.3 ta' din it-Taqsima biex jikkontesta d-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforz u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi, abbażi ta' prova dokumentata.
|
|
5.5. |
Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar mit-tariffa b'rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Madagaskar sat-30 ta' Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b'rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment. |
TAQSIMA 2
Dħul u ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
|
1. |
Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li joperaw skont dan il-Protokoll fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom jinnotifikaw, mill-inqas tliet sigħat minn qabel, lill-awtoritajiet relevanti tal-Madagaskar bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
2. |
Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jew il-ħruġ tagħhom minnhom, il-kaptani tal-bastimenti għandhom jibagħtu wkoll il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi, li diġà jkollhom maqbudin u miżmumin abbord, identifikati bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħhom, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi 8. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' feks jew permezz ta' messaġġ bir-radju fl-indirizzi mogħtija fl-Appendiċi 9. |
|
3. |
L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jirrikonoxxu l-wasla tal-posta elettronika billi jirrispondu lura permezz tal-posta elettronika. |
|
4. |
Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża liċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jitqies bħala bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd, u għalhekk jistgħu jsirulu s-sanzjonijiet previsti fil-liġi tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ. |
|
5. |
L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tal-feks u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-ĊMS tal-Madagaskar għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
6. |
Il-Madagaskar għandu jinforma immedjatament lill-UE u lill-bastimenti kkonċernati b'kull tibdil fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tal-feks u fil-frekwenza radju. |
TAQSIMA 3
Trażbord u żbark
|
1. |
L-operazzjonijiet kollha ta' trażbord fuq il-baħar huma pprojbiti. |
|
2. |
Operazzjoni ta' trażbord fl-ilmijiet tal-Madagaskar tista' ssir f'port tal-Madagaskar identifikat proprju għal dak l-iskop wara awtorizzazzjoni minn qabel miċ-ĊMS tal-Madagaskar u taħt il-kontroll tal-ispetturi tas-sajd mill-Madagaskar. |
|
3. |
Il-portijiet tas-sajd magħżula għal dawn l-operazzjonijiet tat-trażbord fil-Madagaskar huma Antsiranana għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun, u Toliary, Ehoala, Toamasina u Mahajanga għall-bastimenti tas-sajd bil-konz. |
|
4. |
Sid bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, jew ir-rappreżentant tiegħu, li jkunu jixtiequ jiżbarkaw jew jittrażbordaw f'port tal-Madagaskar, għandhom b'mod simultanju jipprovdu liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar l-informazzjoni li ġejja mill-inqas 72 siegħa minn qabel:
|
|
5. |
Wara li jeżamina l-informazzjoni msemmija fil-punt 4 ta' din it-Taqsima u fi żmien 24 siegħa wara n-notifika, iċ-ĊMS fil-Madagaskar għandu jagħti awtorizzazzjoni minn qabel tal-iżbark jew tat-trażbord lil sid il-bastiment jew lir-rappreżentant tiegħu. |
|
6. |
It-trażbord u l-iżbark huma meqjusa bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw. |
|
7. |
Wara t-trażbord jew l-iżbark, sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, jew li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
8. |
Kull trażbord jew żbark li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet fil-punti 1 sa 7 hawn fuq għandu jkun ipprojbit fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-pieni previsti mil-liġi li hemm fis-seħħ fil-Madagaskar. |
|
9. |
B'konformità mar-Riżoluzzjoni applikabbli tal-IOTC, il-bastimenti bit-tartarun tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art f'port tal-Madagaskar għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba ta' sidien il-bastimenti tas-sajd tal-UE, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru responsabbli mill-Ispeċijiet tal-Ħut u mis-Sajd fil-Madagaskar għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar. |
|
10. |
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea li jiżbarkaw minn jeddhom f'port fil-Madagaskar jibbenefikaw minn tnaqqis ta' EUR 5 għal kull tunnellata tonn maqbud fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq it-tariffa indikata fil-punt 3.1 tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness għall-kategorija tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat. Jingħata tnaqqis supplimentari ta' EUR 5 għal kull tunnellata fil-każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu lil fabbrika tal-ipproċessar fil-Madagaskar. |
TAQSIMA 4
Sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS
|
1.1. |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti — VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd — iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. |
|
1.2. |
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni jrid ikun ikkonfigurat skont il-format stipulat fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness, u għandu jkun fih:
|
|
1.3. |
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. |
|
1.4. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta' tliet snin. |
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS
|
2.1. |
Il-kaptan għandu jiżgura f'kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b'mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. |
|
2.2. |
Il-bastimenti tal-UE li jistadu b'sistemi tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
2.3. |
Fil-każ ta' ħsara wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, il-VMS tal-bastiment għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien ħmistax. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa' awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
2.4. |
Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar b'sistema tal-VMS difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta' ittra elettronika, bil-feks jew permezz tar-radju liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar, mill-inqas kull erba' sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha mniżżla fil-paragrafu 1.2 ta' din it-Taqsima. |
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Madagaskar
|
3.1. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn l-indirizzi. |
|
3.2. |
It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura ta' komunikazzjoni. |
|
3.3. |
Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b'kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta' komunikazzjoni
|
4.1. |
Il-Madagaskar għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b'kull nuqqas ta' funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. |
|
4.2. |
Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista' jirriżulta minn dan. |
|
4.3. |
Il-kaptan għandu jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ. |
5. Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
|
5.1. |
Abbażi ta' evidenza ddokumentata li tipprova ksur, iċ-ĊMS tal-Madagaskar jista' jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex inaqqas l-intervall li bih il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. |
|
5.2. |
Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. |
|
5.3. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni liċ-ĊMS tal-Madagaskar skont il-frekwenza mnaqqsa. |
|
5.4. |
Wara dan, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-UE bit-tmiem tal-proċedura ta' spezzjoni. |
|
5.5. |
Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b'kull segwitu li jkun meħtieġ. |
6. Validità tal-messaġġ tal-VMS f'każ ta' tilwim
Id-dejta dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema tal-VMS biss għandha titqies awtentika f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Partijiet.
TAQSIMA 5
Osservaturi
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
|
1.1. |
Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jirrispettaw l-obbligi li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet applikabbli tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku. |
|
1.2. |
Għal finijiet ta' konformità ma' dawn l-obbligi, id-dispożizzjonijiet applikabbli għal osservaturi huma kif ġej:
|
|
1.3. |
Il-bastimenti li għandhom tunnellaġġ inferjuri jew ugwali għal 100 TG huma eżentati mid-dispożizzjonijiet previsti f'din it-Taqsima. |
2. Bastimenti u osservaturi magħżulin
|
2.1. |
Fil-mument tal-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, il-Madagaskar għandu jippubblika u, jekk ikun hemm bżonn, jaġġorna lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord skont l-objettivi msemmija fil-punt 1.2.2 hawn fuq. |
|
2.2. |
Il-Madagaskar għandu jibgħat din il-lista lill-UE b'mod elettroniku, immedjatament wara l-ħruġ jew l-aġġornament tal-lista. Jekk wieħed mill-bastimenti magħżula m'għandux spazju biżżejjed, u jekk dan in-nuqqas huwa ddokumentat kif xieraq u indikat minħabba raġunijiet ta' sikurezza, partikolarment relatati ma' atti ta' piraterija, l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom jemendaw il-lista tal-bastimenti magħżula sabiex jirriflettu din is-sitwazzjoni, filwaqt li xorta waħda jiggarantixxu li l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1.2.1. jintlaħaq. |
|
2.3. |
Ladarba l-lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord tkun ġiet iffinalizzata, il-Madagaskar għandu jinforma b'mod simultanju lil sidien il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom bil-bastimenti li għandhom iħallu osservatur jimbarka meta jkunu qed joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
2.4. |
Ladarba d-data tal-iżbark tkun ġiet miftiehma bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u sid il-bastiment li jkun ġie magħżul kif imsemmi fil-punt 7.2 ta' din it-Taqsima, il-Madagaskar għandu jinforma lill-UE u lil sid il-bastimenti, jew lill-aġent tiegħu, bl-isem u bid-dettalji tal-osservaturi li jkunu ġew maħtura. |
|
2.5. |
Il-Madagaskar għandu jinforma immedjatament lill-UE u lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea kkonċernati, jew lir-rappreżentanti tagħhom, bi kwalunkwe bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżula skont il-punti 2.1 u 2.3 ta' din it-Taqsima. |
|
2.6. |
Il-Madagaskar u l-UE għandhom jagħmlu kull sforz, f'kollaborazzjoni mal-Istati Kostali l-oħra tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, biex jiżviluppaw implimentazzjoni reġjonali miftiehma tal-programm tal-osservaturi, b'mod partikolari fuq l-inizjattiva tal-IOTC. |
|
2.7. |
Bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea magħżul biex itella' abbord osservatur skont il-punt 2.1 għandu jiġi eżentat milli jikkonforma ma' dan l-obbligu jekk ikun hemm diġà osservatur abbord u dan ikun se jibqa' abbord matul iż-żmien ippjanat, sakemm dan l-osservatur:
|
|
2.8. |
L-osservaturi m'għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom. |
3. Kontribuzzjoni finanzjarja tas-sidien
|
3.1. |
Mingħajr preġudizzju għal programm tal-osservaturi miftiehem fil-livell reġjonali, hekk kif imsemmi fil-punt 2.6 ta' din it-Taqsima u fir-rigward ta' kwalunkwe osservatur maħtur mill-Madagaskar li jrid jittella' abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, sid il-bastiment għandu jikkontribwixxi s-somma ta' EUR 20 għal kull ġurnata li l-osservatur ikun qiegħed abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitati mis-sidien fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS tal-Madagaskar. |
|
3.2. |
L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbarkazzjoni jew tad-diżembarkazzjoni u r-residenza abitwali tal-osservatur tal-Madagaskar għandhom jiġġarrbu minn sid il-bastiment. |
4. Il-paga tal-osservatur
Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur maħtur mill-Madagaskar jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Madagaskar.
5. Il-kundizzjonijiet tal-imbark
|
5.1. |
Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b'mod partikolari t-tul ta' żmien preżenti abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent lokali tiegħu u l-Madagaskar. |
|
5.2. |
Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment. |
|
5.3. |
Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment. |
|
5.4. |
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sikurezza fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur. |
|
5.5. |
L-osservatur għandu jingħata aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li l-osservatur ikollu aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni u għal kwalunkwe dokument abbord, kif ukoll għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord tas-sajd, il-ġurnal dwar l-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b'mod dirett ma' dmirijiethom. |
6. Obbligi tal-osservatur
Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:
|
— |
jieħu l-miżuri x-xierqa kollha biex ma jinterrompix u ma jfixkilx l-operazzjonijiet tas-sajd; |
|
— |
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord; |
|
— |
jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta' kull dokument tal-bastiment. |
7. L-imbark u l-iżbark tal-osservatur
|
7.1. |
L-osservatur għandu jimbarka f'port magħżul minn sid il-bastiment. |
|
7.2. |
Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Madagaskar, b'perjodu ta' notifika ta' 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f'pajjiż barrani, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel) tiegħu lejn il-port tal-imbark. |
|
7.3. |
F'każ li l-osservatur ma jippreżentax ruħu għall-imbark sa 12 -il siegħa wara d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella' abbord lil dan l-osservatur. Huwa għandu jkun ħieles li jitlaq il-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd. |
|
7.4. |
Meta l-osservatur ma jiżbarkax f'port tal-Madagaskar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ u tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel) tiegħu biex jerġa' lura lejn id-domiċilju abitwali tiegħu fil-Madagaskar. |
|
7.5. |
Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu fil-mument stabbilit f'port magħżul minn qabel għall-imbark ta' osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel). |
|
7.6. |
Jekk il-bastiment ma jasalx, il-Madagaskar jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd ikkonċernata u japplika l-penali previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li hemm fis-seħħ, ħlief fil-każ ta' forza maġġuri nnotifikata liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Fil-każ tal-aħħar, sid il-bastiment għandu jaqbel, flimkien mal-awtoritajiet tal-Madagaskar, dwar data ġdida għall-imbarkazzjoni tal-osservatur u l-bastiment ma jistax iwettaq attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar sakemm l-osservatur ma jkunx ittella' abbord. Il-Madagaskar għandu jinforma immedjatament lill-UE u lil sid il-bastiment dwar il-miżuri mittieħda skont dan il-punt. |
8. Kompiti tal-osservatur
|
8.1. |
L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
|
8.2. |
L-osservatur għandu jikkomunika ta' kuljum l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-feks jew bil-posta elettronika waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, inkluż il-volum ta' qbid u ta' qbid inċidentali abbord, u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ miċ-ĊMS tal-Madagaskar. |
9. Rapport tal-osservatur
|
9.1. |
Qabel ma jitlaq il-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan, li għandu jirċievi kopja tar-rapport. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport tal-osservatur, għandu jikteb fir-rapport ta' spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”. |
|
9.2. |
L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu liċ-ĊMS tal-Madagaskar, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur. |
TAQSIMA 6
Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port
|
1. |
L-ispezzjoni fuq il-baħar u fil-port, fid-dokk jew 'il barra mill-port, fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd, għandha ssir minn bastimenti jew spetturi awtorizzati b'mod xieraq li jwettqu spezzjonijiet. |
|
2. |
Qabel l-imbark, l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jinfurmaw lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni titwettaq mill-ispetturi tas-sajd. Qabel ma jinbdew l-ispezzjonijiet, l-ispetturi jridu jagħtu prova tal-identità u tal-kwalifiki tagħhom u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom. |
|
3. |
L-ispetturi għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.
|
TAQSIMA 7
Ksur tar-regoli
1. Trattament tal-ksur
|
1.1. |
Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u li kien is-suġġett ta' notifikazzjoni għandu jissemma f'rapport tal-ispezzjoni. |
|
1.2. |
Fil-każ ta' ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tas-sajd tal-UE, in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni dwar is-Sajd tal-Madagaskar fis-seħħ. |
|
1.3. |
Kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u n-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa b'mod elettroniku mill-Madagaskar lill-UE fi żmien 72 siegħa. |
|
1.4. |
L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta' sid il-bastiment fil-konfront tal-ksur misjub. |
2. Detenzjoni tal-bastiment — Laqgħa ta' informazzjoni
|
2.1. |
Jekk jiġi stabbilit ksur, u jekk il-leġiżlazzjoni kurrenti tal-Madagaskar tippermetti dan, kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkun wettaq ksur jista' jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port fil-Madagaskar, f'każ li jkun qed ibaħħar. |
|
2.2. |
Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE, b'mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b'kull detenzjoni ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha ssemmi r-raġunijiet tal-arrest u/jew tad-detenzjoni, u għandha tkun akkumpanjata b'evidenza tal-ksur ikkonċernat. |
|
2.3. |
Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta' miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, il-Madagaskar jorganizza, mhux aktar tard minn jum ta' xogħol wara n-notifika ta' detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x'azzjoni oħra tista' tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta' sid il-bastiment jista' jattendi għal din il-laqgħa ta' informazzjoni. |
3. Pieni għall-ksur — Proċedura ta' kompromess
|
3.1. |
Il-penalità għall-ksur stabbilit għandha tiġi ffissata mill-Madagaskar skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ. |
|
3.2. |
Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta' kompromess bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u l-bastiment tal-UE sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment. |
|
3.3. |
Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jista' jipparteċipa f'din il-proċedura ta' kompromess. |
4. Proċeduri legali — Garanzija bankarja
|
4.1. |
Jekk il-proċedura ta' kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mill-Madagaskar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Madagaskar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista' jkun hemm 'il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċeduri legali. |
|
4.2. |
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:
|
|
4.3. |
Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem minn meta jingħata l-ġudizzju. |
5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jitilqu mill-port ladarba l-multa tkun tħallset fi proċedura ta' kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
TAQSIMA 8
Sorveljanza parteċipattiva marbuta mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd IUU)
1. Għan
Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd fl-ibħra miftuħa u sabiex tiġi promossa l-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea huma mħeġġa biex jirrappurtaw il-preżenza ta' kwalunkwe bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar li mhuwiex imsemmi fuq il-lista tal-bastimenti tal-IOTC jew fil-lista tal-bastimenti barranin awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ipprovduta mill-Madagaskar.
2. Proċedura
|
2.1. |
Jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u jkollu s-suspett li dik tista' tkun attività tas-sajd IUU, jista' jiġbor kemm jista' jkun informazzjoni dwar dak li jkun għadu kif osserva. |
|
2.2. |
Din l-informazzjoni għandha tinbagħat immedjatament liċ-ĊMS tal-Madagaskar, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun għamel l-osservazzjoni. Malli jirċevuha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu l-informazzjoni b'mod elettroniku lill-UE. |
|
2.3. |
L-UE għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Madagaskar. |
3. Reċiproċità
Il-Madagaskar għandu jikkomunika malajr kemm jista' jkun lill-UE kull rapport ta' osservazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet suspettati li jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
KAPITOLU V
TLUGĦ ABBORD TA' BAĦRIN
|
1. |
Sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li joperaw skont dan il-Protokoll għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex itellgħu abbord ċittadini tal-Madagaskar jew ta' pajjiżi oħra tal-AKP, matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-għadd ta' baħħara mill-Madagaskar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandu mill-inqas ikun tnejn fil-każ ta' bastimenti bit-tartarun u wieħed fil-bastimenti bil-konz tal-wiċċ li għandhom aktar minn 100 TG. |
|
2. |
Sidien ta' bastimenti li jonqsu milli jkollhom abbord l-għadd minimu ta' baħħara mill-Madagaskar hekk kif imsemmi fil-punt 1, għandhom iħallsu s-somma sħiħa ta' EUR 20 kuljum għal kull baħħar li ma jkunx abbord. |
|
3. |
Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Din tirrigwarda, b'mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta' assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet. |
|
4. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-Madagaskar, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar u lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw, għall-baħrin, il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ, inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard u l-inċidenti. |
|
5. |
Is-salarju tal-baħrin mill-Madagaskar għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta' remunerazzjoni tal-baħrin ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli fil-Madagaskar, u lanqas ma jistgħu jkunu inferjuri għan-normi tal-ILO. |
|
6. |
Kull baħri impjegat minn sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrapporta fid-data u l-ħin previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri. |
|
7. |
L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbarkazzjoni jew tad-diżembarkazzjoni u r-residenza abitwali tal-baħħar mill-Madagaskar għandhom jiġġarrbu minn sid il-bastiment. |
LISTA TAL-APPENDIĊIJIET
|
Appendiċi 1 — |
Il-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd |
|
Appendiċi 2 — |
Dikjarazzjoni teknika |
|
Appendiċi 3 — |
Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar |
|
Appendiċi 4 — |
Koordinati ġeografiċi taż-żona riżervata esklussivament għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali u tradizzjonali tal-Madagaskar |
|
Appendiċi 5 — |
Mudell tal-formola tad-dikjarazzjoni ta' kull tliet xhur tal-qabdiet provviżorji u tal-isforzi tas-sajd |
|
Appendiċi 6 — |
Formoli għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha |
|
Appendiċi 7 — |
Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni |
|
Appendiċi 8 — |
Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS) |
|
Appendiċi 9 — |
Dettalji ta' kuntatt fil-Madagaskar |
Appendiċi 3
Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
|
Punt |
LatDD |
LonDD |
|
LatitudeString |
LongitudeString |
|
1 |
-10,3144 |
49,4408 |
|
10° 18′ 52″ S |
049° 26′ 27″ E |
|
2 |
-11,0935 |
50,1877 |
|
11° 05′ 37″ S |
050° 11′ 16″ E |
|
3 |
-11,5434 |
50,4776 |
|
11° 32′ 36″ S |
050° 28′ 39″ E |
|
4 |
-12,7985 |
53,2164 |
|
12° 47′ 55″ S |
053° 12′ 59″ E |
|
5 |
-14,0069 |
52,7392 |
|
14° 00′ 25″ S |
052° 44′ 21″ E |
|
6 |
-16,1024 |
52,4145 |
|
16° 06′ 09″ S |
052° 24′ 52″ E |
|
7 |
-17,3875 |
52,3847 |
|
17° 23′ 15″ S |
052° 23′ 05″ E |
|
8 |
-18,2880 |
52,5550 |
|
18° 17′ 17″ S |
052° 33′ 18″ E |
|
9 |
-18,7010 |
52,7866 |
|
18° 42′ 04″ S |
052° 47′ 12″ E |
|
10 |
-18,8000 |
52,8000 |
|
18° 48′ 00″ S |
052° 47′ 60″ E |
|
11 |
-20,4000 |
52,0000 |
|
20° 23′ 60″ S |
052° 00′ 00″ E |
|
12 |
-22,3889 |
51,7197 |
|
22° 23′ 20″ S |
051° 43′ 11″ E |
|
13 |
-23,2702 |
51,3943 |
|
23° 16′ 13″ S |
051° 23′ 39″ E |
|
14 |
-23,6405 |
51,3390 |
|
23° 38′ 26″ S |
051° 20′ 20″ E |
|
15 |
-25,1681 |
50,8964 |
|
25° 10′ 05″ S |
050° 53′ 47″ E |
|
16 |
-25,4100 |
50,7773 |
|
25° 24′ 36″ S |
050° 46′ 38″ E |
|
17 |
-26,2151 |
50,5157 |
|
26° 12′ 54″ S |
050° 30′ 57″ E |
|
18 |
-26,9004 |
50,1112 |
|
26° 54′ 01″ S |
050° 06′ 40″ E |
|
19 |
-26,9575 |
50,0255 |
|
26° 57′ 27″ S |
050° 01′ 32″ E |
|
20 |
-27,4048 |
49,6781 |
|
27° 24′ 17″ S |
049° 40′ 41″ E |
|
21 |
-27,7998 |
49,1927 |
|
27° 47′ 59″ S |
049° 11′ 34″ E |
|
22 |
-28,1139 |
48,6014 |
|
28° 06′ 50″ S |
048° 36′ 05″ E |
|
23 |
-28,7064 |
46,8002 |
|
28° 42′ 23″ S |
046° 48′ 01″ E |
|
24 |
-28,8587 |
46,1839 |
|
28° 51′ 31″ S |
046° 11′ 02″ E |
|
25 |
-28,9206 |
45,5510 |
|
28° 55′ 14″ S |
045° 33′ 04″ E |
|
26 |
-28,9301 |
44,9085 |
|
28° 55′ 48″ S |
044° 54′ 31″ E |
|
27 |
-28,8016 |
44,1090 |
|
28° 48′ 06″ S |
044° 06′ 32″ E |
|
28 |
-28,2948 |
42,7551 |
|
28° 17′ 41″ S |
042° 45′ 18″ E |
|
29 |
-28,0501 |
42,2459 |
|
28° 03′ 00″ S |
042° 14′ 45″ E |
|
30 |
-27,8000 |
41,9000 |
|
27° 48′ 00″ S |
041° 53′ 60″ E |
|
31 |
-27,5095 |
41,5404 |
|
27° 30′ 34″ S |
041° 32′ 25″ E |
|
32 |
-27,0622 |
41,1644 |
|
27° 03′ 44″ S |
041° 09′ 52″ E |
|
33 |
-26,4435 |
40,7183 |
|
26° 26′ 37″ S |
040° 43′ 06″ E |
|
34 |
-25,7440 |
40,3590 |
|
25° 44′ 38″ S |
040° 21′ 32″ E |
|
35 |
-24,8056 |
41,0598 |
|
24° 48′ 20″ S |
041° 03′ 35″ E |
|
36 |
-24,2116 |
41,4440 |
|
24° 12′ 42″ S |
041° 26′ 38″ E |
|
37 |
-23,6643 |
41,7153 |
|
23° 39′ 51″ S |
041° 42′ 55″ E |
|
38 |
-22,6317 |
41,8386 |
|
22° 37′ 54″ S |
041° 50′ 19″ E |
|
39 |
-21,7798 |
41,7652 |
|
21° 46′ 47″ S |
041° 45′ 55″ E |
|
40 |
-21,3149 |
41,6927 |
|
21° 18′ 54″ S |
041° 41′ 34″ E |
|
41 |
-20,9003 |
41,5831 |
|
20° 54′ 01″ S |
041° 34′ 59″ E |
|
42 |
-20,6769 |
41,6124 |
|
20° 40′ 37″ S |
041° 36′ 45″ E |
|
43 |
-19,6645 |
41,5654 |
|
19° 39′ 52″ S |
041° 33′ 55″ E |
|
44 |
-19,2790 |
41,2489 |
|
19° 16′ 44″ S |
041° 14′ 56″ E |
|
45 |
-18,6603 |
42,0531 |
|
18° 39′ 37″ S |
042° 03′ 11″ E |
|
46 |
-18,0464 |
42,7813 |
|
18° 02′ 47″ S |
042° 46′ 53″ E |
|
47 |
-17,7633 |
43,0335 |
|
17° 45′ 48″ S |
043° 02′ 01″ E |
|
48 |
-17,2255 |
43,3119 |
|
17° 13′ 32″ S |
043° 18′ 43″ E |
|
49 |
-16,7782 |
43,4356 |
|
16° 46′ 42″ S |
043° 26′ 08″ E |
|
50 |
-15,3933 |
42,5195 |
|
15° 23′ 36″ S |
042° 31′ 10″ E |
|
51 |
-14,4487 |
43,0263 |
|
14° 26′ 55″ S |
043° 01′ 35″ E |
|
52 |
-14,4130 |
43,6069 |
|
14° 24′ 47″ S |
043° 36′ 25″ E |
|
53 |
-14,5510 |
44,3684 |
|
14° 33′ 04″ S |
044° 22′ 06″ E |
|
54 |
-14,5367 |
45,0275 |
|
14° 32′ 12″ S |
045° 01′ 39″ E |
|
55 |
-14,3154 |
45,8555 |
|
14° 18′ 55″ S |
045° 51′ 20″ E |
|
56 |
-13,8824 |
46,3861 |
|
13° 52′ 57″ S |
046° 23′ 10″ E |
|
57 |
-12,8460 |
46,6944 |
|
12° 50′ 46″ S |
046° 41′ 40″ E |
|
58 |
-12,6981 |
47,2079 |
|
12° 41′ 53″ S |
047° 12′ 28″ E |
|
59 |
-12,4637 |
47,7409 |
|
12° 27′ 49″ S |
047° 44′ 27″ E |
|
60 |
-12,0116 |
47,9670 |
|
12° 00′ 42″ S |
047° 58′ 01″ E |
|
61 |
-11,0158 |
48,5552 |
|
11° 00′ 57″ S |
048° 33′ 19″ E |
|
62 |
-10,3144 |
49,4408 |
|
10° 18′ 52″ S |
049° 26′ 27″ E |
NB: Il-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi għandhom jiġu nnotifikati mill-Madagaskar mhux aktar tard mill-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll.
Appendiċi 4
Koordinati ġeografiċi taż-żona riżervata esklussivament għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali u tradizzjonali tal-Madagaskar
|
Punt |
Latitudni |
Lonġitudni |
|
1 |
12° 18,44S |
47° 35,63 |
|
2 |
11° 56,64S |
47° 51,38E |
|
3 |
11° 53S |
48° 00E |
|
4 |
12° 18S |
48° 14E |
|
5 |
12° 30S |
48° 05E |
|
6 |
12° 32S |
47° 58E |
|
7 |
12° 56S |
47° 47E |
|
8 |
13° 01S |
47° 31E |
|
9 |
12° 53S |
47° 26E |
Appendiċi 7
Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-MADAGASKAR
FORMAT TAD-DEJTA TAL-VMS — RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
|
Element tad-dejta |
Kodiċi |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kontenut |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Destinatarju |
AD |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — Il-Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) |
|
Mingħand |
FR |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — Il-Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166) |
|
l-istat tal-bandiera |
FS |
O |
Detall dwar il-messaġġ — Il-Kodiċi Alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) |
|
Tip ta' messaġġ |
TM |
O |
Dettall dwar il-messaġġ — It-tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI) |
|
Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS) |
RC |
O |
Dettall dwar il-bastiment — Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) |
|
Numru ta' referenza intern tal-Parti Kontraenti |
IR |
F |
Dettall dwar il-bastiment — In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-Kodiċi Alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru. |
|
Numru tar-reġistrazzjoni esterna |
XR |
O |
Dettall dwar il-bastiment — In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/– GG.ggg (WGS84) |
|
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/– GGG.ggg (WGS84) |
|
Rotta |
CO |
O |
Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad |
|
Veloċità |
SP |
O |
Veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots) |
|
Data |
DA |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f'UTC (SSMM) |
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni |
It-trażmissjoni tal-informazzjoni hija strutturata kif ġej:
|
|
Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-ISO 8859.1. |
|
|
Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ. |
|
|
Kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta' linja mmejla doppja (//). |
|
|
Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-dejta. |
|
|
Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ. |
|
|
L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. |
Appendiċi 8
Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta' rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS)
1. Dispożizzjonijiet ġenerali
|
i. |
Kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sistema ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta ERS”, waqt li l-bastiment ikun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. |
|
ii. |
Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. |
|
iii. |
Id-dejta ERS hija trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĊMS) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament disponibbli għaċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd tal-Madagaskar. |
|
iv. |
L-Istat tal-bandiera u l-Madagaskar għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS fil-format XML, u li dawn għandhom proċedura ta' salvagwardja li kapaċi tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f'forma li tista' tinqara minn kompjuter għal perjodu ta' mill-inqas 3 snin. |
|
v. |
It-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE, identifikati bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”). |
|
vi. |
L-Istat tal-bandiera u l-Madagaskar għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt.
|
2. Produzzjoni u trażmissjoni tad-dejta tal-ERS
|
i. |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom:
|
|
ii. |
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata u mibgħuta. |
|
iii. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b'mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Madagaskar. |
|
iv |
Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS permezz ta' messaġġ ta' ritorn u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS b'mod kunfidenzjali. |
3. Nuqqas fis-sistema ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
|
i. |
L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord il-bastiment u b'kull nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. |
|
ii. |
L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Madagaskar bin-nuqqas innutat u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu. |
|
iii. |
F'każ ta' ħsara tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f'port fi ħdan dawk l-10 ijiem, jista' jkompli biss bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ladarba s-sistema ERS tiegħu tkun fi stat perfett ta' funzjonament, sakemm il-Madagaskar ma jawtorizzahx mod ieħor.
|
|
iv. |
Kull bastiment tal-UE li jopera fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar b'sistema ERS difettuża għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC, id-dejta kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli għaċ-ĊMS tal-Madagaskar. |
|
v. |
Id-dejta tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Madagaskar permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat liċ-ĊMS tal-Madagaskar miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor elettroniku maqbul b'mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies prijoritarja, filwaqt li jiġi mifhum lil-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni aktarx ma jkunux jistgħu jitħarsu. |
|
vi. |
Jekk iċ-ĊMS tal-Madagaskar ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment għal 3 ijiem konsekuttivi, il-Madagaskar jista' joħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul mill-Madagaskar għall-investigazzjoni. |
4. Nuqqas min-naħa taċ-ĊMS — Iċ-ĊMS tal-Madagaskar ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS
|
i. |
Meta ĊMS ma jkunx qed jirċievi d-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jgħarraf minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu sabiex tiġi solvuta l-problema. |
|
ii. |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Madagaskar għandhom jaqblu b'mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS f'każ li jkun hemm nuqqas min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih b'kull emenda fihom. |
|
iii. |
Meta ċ-ĊMS tal-Madagaskar javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Madagaskar u lill-UE bir-riżultati u bil-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie identifikat in-nuqqas. |
|
iv. |
Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Madagaskar billi juża wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (v) tal-paragrafu 3. |
|
v. |
Il-Madagaskar għandu javża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti (SKK) tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux miċ-ĊMS tal-Madagaskar bħala bastimenti li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba nuqqas min-naħa ta' wieħed miċ-ĊMS. |
5. Manutenzjoni ta' ĊMS
|
i. |
L-operazzjonijiet ta' manutenzjoni ppjanifikati ta' ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni li ma jkunux ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli. |
|
ii. |
Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema terġa' ssir operattiva. Imbagħad, id-dejta tal-ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta' manutenzjoni. |
|
iii. |
Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (v) tal-paragrafu 3. |
|
iv. |
Il-Madagaskar għandu javża lis-servizzi ta' kontroll kompetenti (SKK) tiegħu sabiex il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS. |
6. Għażla tar-rotot tad-dejta ERS fil-Madagaskar
|
i. |
Biex tiġi trażmessa d-dejta tal-ERS mill-Istat tal-Bandiera lill-Madagaskar, għandhom jintużaw mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, li għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE. Dawn huma identifikati bħala DEH (“Data Exchange Highway” — Awtostrada tal-Iskambju tad-Dejta) hekk kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Appendiċi. |
|
ii. |
Għall-finijiet tal-amministrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-flotta tal-UE, din id-dejta għandha tiġi maħżuna u tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni Ewropea, f'isem l-Unjoni Ewropea. |
Appendiċi 9
Dettalji ta' kuntatt fil-Madagaskar
NB: Il-Madagaskar se jikkomunika l-informazzjoni kollha stabbilita hawn taħt mhux aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokol
1. Ministeru tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd
Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks.
2. Għat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks.
3. Direction de la Statistique et de la Programmation (DSP) (Direttorat dwar l-Istatistika u l-Ipprogrammar)
Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks.
4. Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) u notifika tad-dħul u tal-ħruġ
Isem iċ-ĊMS (il-kodiċi tas-sejħa):
Dettalji tar-radju:
|
|
VHF: F1 kanal 16; F2 kanal 71 |
|
|
HF: F1 5.283 MHZ; F2 7.3495 MHZ |
Indirizz postali, indirizz tal-e-mail prinċipali, indirizz tal-e-mail alternattiv, numri tat-telefown u tal-feks.
5. Unité de Statistique Thonière d'Antsiranana (Unità dwar l-Istatistika tat-Tuna f'Antsiranana)
Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks.