|
13.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/1 |
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali
Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta' Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta' dawn l-emendi.
Regolament (UE) Nru 542/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 fir-rigward tar-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-Qorti Unifikata tal-Privattivi u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Benelux (4) ġie adottat fil-15 ta' Mejju 2014.
F'konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka, permezz ta' ittra tat-2 ta' Ġunju 2014 innotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (UE) Nru 542/2014. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 542/2014 se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka.
F'konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika Daniża li l-kontenut tal-emendi ġie implimentat fid-Danimarka joħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 542/2014 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u huwa meqjus bħala anness tiegħu.
B'referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 542/2012 fid-Danimarka tista' sseħħ b'mod amministrattiv. Il-miżuri amministrattivi neċessarji daħlu fis-seħħ fit-18 ta' Ġunju.
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.