24.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/2


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejjħa "l-Unjoni",

min-naħa l-waħda, u

IL-GVERN TAR-REĠJUN AMMINISTRATTIV SPEĊJALI TAL-MAKAW TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-RAS tal-Makaw”, billi ġie awtorizzat kif suppost biex jikkonkludi dan il-Ftehim mill-Gvern Ċentrali tal-Poplu tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ’il quddiem imsejjħa “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JINNOTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni u r-RAS tal-Makaw dwar is-servizzi tal-ajru li fihom dispożizzjonijiet kontra l-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JINNOTAW li l-Unjoni għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn Stati Membri tal-Unjoni u partijiet terzi,

FILWAQT LI JINNOTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u partijiet terzi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni u ċerti partijiet terzi li jipprovdu għall-possibbiltà li ċ-ċittadini ta’ partijiet terzi ta’ dan it-tip isiru proprjetarji ta’ trasportaturi tal-ajru lliċenzjati skont il-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u r-RAS tal-Makaw, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni, għandhom jinġiebu f’konformità ma’ dik il-liġi biex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-RAS tal-Makaw u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta’ servizzi tal-ajru ta’ dan it-tip,

FILWAQT LI JINNOTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u r-RAS tal-Makaw li: i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fir-rotot rilevanti; jew ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew l-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fir-rotot rilevanti li jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-kumpaniji,

FILWAQT LI JINNOTAW li dan il-Ftehim la għandu l-għan li jżid il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni u r-RAS tal-Makaw, la li jaffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru Komunitarji u trasportaturi tal-ajru tar-RAS tal-Makaw, u lanqas li jinnegozja emendi għad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru fir-rigward ta' drittijiet tat-traffiku,

FTIEHMU DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u “Trattati tal-UE” għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-referenzi f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 għal ċittadini tal-Istat Membru li jkun parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu li jirreferu għal ċittadini ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

3.   Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 għal trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li jkun parti għal dak il-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru nnominati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Nomina minn Stat Membru

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam man-nomina ta' trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mir-RAS tal-Makaw, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tali permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.

2.   Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru, ir-RAS tal-Makaw għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(a)

it-trasportatur tal-ajru jkun ġie stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnomina u li jkollu Liċenzja biex Jopera valida f’konformità mal-liġi tal-Unjoni; u

(b)

jiġi eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta' Operatur tal-Ajru, u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b'mod ċar fin-nomina; u wkoll

(c)

it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà ta’, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u jkun effettivament ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra ta’ dan it-tip.

3.   Ir-RAS tal-Makaw jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru nnominat minn Stat Membru meta:

(a)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah jew ma jkollux Liċenzja biex Jopera valida skont il-liġi tal-Unjoni;

(b)

ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta' Operatur tal-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata b'mod ċar fin-nomina; jew

(c)

it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew minn ċittadini ta' stati oħra ta’ dan it-tip.

Huwa u jeżerċita d-dritt tiegħu skont dan il-paragrafu, ir-RAS tal-Makaw ma għandux jiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru Komunitarju abbażi tan-nazzjonalità.

Artikolu 3

Sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

2.   Meta Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun imħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-RAS tal-Makaw taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li jkun nnomina t-trasportatur tal-ajru u r-RAS tal-Makaw għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-Ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju tal-ajru ta' trasportatur tal-ajru nnominat mir-RAS tal-Makaw li jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 ma għandu: (i) jeħtieġ jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma ta’ dan it-tip jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà biex jittieħdu miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet inklużi fil-Ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 6

Annessi għall-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emenda

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim permezz ta’ kunsens reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li huma meħtieġa biex jidħol fis-seħħ tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop tlestew.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Ftehimiet u l-Arranġamenti kollha elenkati fl-Anness 1 inklużi dawk li fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati b’mod provviżorju.

Artikolu 9

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-Ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1 għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-Ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif inhu xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Ċiniża, bit-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.

За Европейския сьюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Pela União Europeia

Image

Image

За правителството на Специалния административен район на Китайската народна република Макао

Por el Gobierno de la Región Administrativa Especial de Macao de la República popular China

Za vládu Zvláštní administrativní oblasti Čínské lidové republiky Macao

For regeringen for Folkerepublikken Kinas særlige administrative region Macao

Für die Regierung der Sonderverwaltungsregion Macau der Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi Macau erihalduspiirkonna valitsuse nimel

Για την κυβέρνηση της Ειδικής Διοικητικής Περιοχής Μακάο της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας

For the Government of the Macao Special Administrative Region of the People’s Republic of China

Pour le gouvernement de la région administrative spéciale de Macao de la République populaire de Chine

Per il governo della regione amministrativa speciale di Macao della Repubblica popolare cinese

Ķīnas Tautas Republikas Makao Īpašās pārvaldes apgabala valdības vārdā –

Ypatingojo administracinio Kinijos regiono Makao vyriausybės vardu

A Kínai Népköztársaság Makaói Különleges Közigazgatási Területének kormánya részéről

Għall-Guvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Voor de regering van de Speciale Administratieve Regio Macau van de Volksrepubliek China

W imieniu Rządu Specjalnego Regionu Administracyjnego Makau Chińskiej Republiki Ludowej

Pentru Guvernul Regiunii Administrative Speciale Macao a Republicii Populare Chineze

Za vládu osobitnej administratívnej oblasti Čínskej ľudovej republiky Macao

Za vlado Posebne upravne regije Macao Ljudske republike Kitajske

Kiinan kansantasavallan erityishallintoalueen Macaon hallituksen puolesta

För Folkrepubliken Kinas särskilda administrativa region Macaos regering

Image

Pelo Governo da Região Administrativa Especial de Macau da República Popular da China

Image


ANNESS 1

Lista ta’ ftehimiet imsemmija fl-artikolu 1 ta’ dan il-ftehim

Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u Arranġamenti oħra bejn ir-RAS tal-Makaw u l-Istati Membri, kif emendati jew modifikati, li, dakinhar tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati:

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tal-Makaw magħmul fi Vjenna fl-4 ta’ Novembru 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – l-Awstrija” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tal-Makaw magħmul fi Brussell fis-16 ta’ Novembru 1994, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Belġju" fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħmul fi Praga fil-25 ta' Settembru 2001, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw - ir-Repubblika Ċeka" fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tal-Makaw magħmul f’Oslo fit-12 ta’ Diċembru 1996, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – id-Danimarka" fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Makaw magħmul fil-Makaw fid-9 ta' Settembru 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Finlandja” fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina magħmul f’Pariġi fit-23 ta' Mejju 2006, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw - Franza" fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tal-Makaw, magħmul f'Bonn fil-5 ta' Settembru 1996, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Ġermanja” fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina inizjalat fil-Makaw fis-17 ta' Frar 2006, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Greċja" fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tal-Makaw magħmul fil-Makaw fl-14 ta’ Diċembru 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Lussemburgu” fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Makaw, bejn u lil hinn mit-Territorji rispettivi tagħhom, magħmul f'The Hague fis-16 ta’ Novembru 1994, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Pajjiżi l-Baxxi” fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tal-Makaw magħmul f’Varsavja fit-22 ta’ Ottubru 1999, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Polonja" fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Portugiża u l-Gvern tal-Makaw magħmul f'Lisbona fil-31 ta' Awwissu 1995, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Portugall” fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina inizjalat fil-Makaw fit-3 ta' Marzu 2006, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – Slovakk" fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Isvezja u l-Gvern tal-Makaw magħmul f’Oslo fit-12 ta’ Diċembru 1996, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – l-Isvezja" fl-Anness 2;

Ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq magħmul f’Londra fid-19 ta' Jannar 2004, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim tar-RAS tal-Makaw - ir-Renju Unit" fl-Anness 2.


ANNESS 2

Lista tal-artikoli fil-Ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Nomina minn Stat Membru:

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – l-Awstrija;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – ir-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – id-Danimarka;

l-Artikolu 4(4) tal-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw - il-Ġermanja;

l-Artikolu 4 tar-RAS tal-Makaw – il-Lussemburgu;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Polonja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – il-Portugall;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw – l-Isvezja.

(b)

Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi:

l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-l-Awstrija;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Belġju;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-ir-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 5 tar-RAS tal-Makaw-id-Danimarka;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Finlandja;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Lussemburgu;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Pajjiżi l-Baxxi;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Polonja;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Portugall;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-l-Isvezja.

(c)

Sikurezza:

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-ir-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 9 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-Franza;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Greċja;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Lussemburgu;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-Slovakkja;

l-Artikolu 14 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-ir-Renju Unit;

(d)

Tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni:

l-Artikolu 8 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-l-Awstrija;

l-Artikolu 11 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Belġju;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-ir-Repubblika Ċeka;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-id-Danimarka;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Finlandja;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Ġermanja;

l-Artikolu 9 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Lussemburgu;

l-Artikolu 10 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Pajjiżi l-Baxxi;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Polonja;

l-Artikolu 10 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-il-Portugall;

l-Artikolu 7 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-l-Isvezja;

l-Artikolu 8 tal-Ftehim tar-RAS tal-Makaw-ir-Renju Unit;


ANNESS 3

Lista ta’ Stati oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera).