|
28.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/1 |
Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (Kosta Rika)
Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, iffirmat f’Tegucigalpa fid-29 ta’ Ġunju 2012, il-Parti IV tiegħu rigward kwistjonijiet kummerċjali għandha, f’konformità mal-Artikolu 353(4) tiegħu, tiġi applikata fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosta Rika mill-1 ta’ Ottubru 2013. Bis-saħħa tal-Artikolu 3 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/734/UE dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 271 m’għandux jiġi applikat proviżorjament.