31.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/1 |
Avviż li jirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja tal-Parti IV (kwistjonijiet kummerċjali) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (il-Panama)
Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Tegucigalpa fid-29 ta' Ġunju 2012, Parti IV tiegħu rigward kwistjonijiet kummerċjali għandha, f'konformità mal-Artikolu 353(4) tiegħu, tiġi applikata fuq bażi proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Panama mill-1 ta' Awwissu 2013. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 271 m'għandux jiġi applikat proviżorjament.