28.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/1


Avviż rigward l-applikazzjoni proviżorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-26 ta' Ġunju 2012, għandu, f'konformità mal-Artikolu 330(3) tiegħu, jiġi applikat b'mod proviżorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù mill-1 ta' Marzu 2013. Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2012 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-UE ma tapplikax b'mod proviżorju l-Artikoli 2, 202(1), 291 u 292 tal-Ftehim, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.