|
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 163/30 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2013 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-29 ta' Mejju 2013
li taħtar membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
(2013/289/UE)
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu;
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 4/2006 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-27 ta' Settembru 2006 dwar l-Istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA), (4) u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha;
Billi:
|
(1) |
Il-mandat tal-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, li l-kompożizzjoni tiegħu ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (5), jiskadi fil-21 ta' Mejju 2013. |
|
(2) |
Għalhekk, huwa meħtieġ li tittieħed deċiżjoni ġdida, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-mandat tal-membri attwali tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali huwa estiż għal perijodu ta' tliet xhur, li ser jintemm fil-21 ta' Awwissu 2013.
Il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA huwa għalhekk magħmul minn:
|
— |
Dr Daoussa BICHARA CHERIF (iċ-Ċad) |
|
— |
Is-Sur Kahijoro KAHUURE (in-Namibja) |
|
— |
Dr Faletoi Suavi TUILAEPA (is-Samoa) |
|
— |
Prof. Raul BRUNO DE SOUSA (il-Portugall) |
|
— |
Prof. Eric TOLLENS (il-Belġju) |
|
— |
Is-Sur Edwin Anthony VOS (il-Pajjiżi l-Baxxi) |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
S. O. OUTLULE
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) Ftehim li jemenda l-ftehim ta' sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).
(3) Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).